MEDJA TA’ 1250 PERSUNA KULJUM IPPARTEĊIPAW FIL-KOMPETIZZJONIJIET LI SARU FIL-PADILJUN TA’ MALTA FIL-FIERA INTERNAZZJONALI
Matul it-12-il ġurnata tal-Fiera Internazzjonali, total ta’ 15,050 ipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet li ġew organizzati fil-Padiljun ta’ Malta, medja ta’ 1250 kuljum. Għalkemm il-parteċipanti kellhom jirrispondu mill-anqas 4 mistoqsijiet tajbin mill-15 il-mistoqsija miġbura fi kwestjonarju dwar Malta u l-Unjoni Ewropea, huma rrispondew kważi l-mistoqsijiet kollha, li ’l fuq minn tliet kwarti minnhom kienu korretti.
Kuljum, intrebħu żewġ passaġġi ma’ l-AirMalta għal xi belt Ewropea, total ta’ 24 passaġġ, flimkien ma’ pakkett tal-Go Mobile, total ta’ 12-il pakkett.
Huwa stmat li matul il-jiem tal-Fiera, ’il fuq minn 20,000 persuna żaru l-Padiljun ta’ Malta li din is-sena kellu bħala tema “Malta – Unjoni Ewropea: x’qed jiġi negozjat”.
Id-dettalji tar-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet li saru bejn l-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju sat-Tlieta, 2 ta’ Lulju, ġew ippubblikati l-ġimgħa l-oħra. Dawn li ġejjin huma r-riżultati tal-kompetizzjonijiet li saru bejn l-Erbgħa, 3 ta’ Lulju sal-Ħadd, 7 ta’ Lulju.
Lista tar-rebbieħa tal-passaġġi bl-ajru:
L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju – Vjenna – George Gatt – Madliena - 008159
Il-Ħamis, 4 ta’ Lulju – Ateni – Joanna Aquilina – St. Julians - 010010
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju – Glasgow – Christine Carr – Balzan - 010738
Is-Sibt, 6 ta’ Lulju – Ruma – Jefferson Grima – Qormi - 012480
Il-Ħadd, 7 ta’ Lulju – Manchester –Malcolm Falzon – Mqabba - 014127
Lista tar-rebbieħa tal-pakkett tal-Go Mobile:
L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju – Lino Falzon – Qormi - 007304
Il-Ħamis, 4 ta’ Lulju – Noel Camilleri – Fgura - 009659
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju – Rose Tabone – Mellieħa - 011735
Is-Sibt, 6 ta’ Lulju – Sheila Scotto – Paola - 012252
Il-Ħadd, 7 ta’ Lulju – Mark Brincat – Mosta – 012815
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN