Left arrow Go Back

DONAZZJONI TA' WELFARE COACH ĠDID

PR936
Date Icon 05/07/2002

Il-Variety Club tar-Renju Unit u Mrs Muriel Hayward għamlu donazzjoni ta' coach speċjalizzat biex jintuża għat-trasport tat-tfal b'diżabilita' u tfal oħra mill-għaqdiet tal-volontarjat. Il-coach hu wieħed mill-aktar moderni u inġieb Malta mir-Renju Unit. Il-Gvern Malti offra l-għajnuna tiegħu biex il-coach wasal u ddaħħal Malta, filwaqt li id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni se tieħu ħsieb il-manteniment u s-sewwieq tal-vettura. B'kollox dan il-coach għandu valur ta' Lm 33,000.

Il-coach ingħata lill-Caring Organisations Support, organizzazzjoni Maltija li tagħti appoġġ lill-għaqdiet ta' volontarjat fil-qasam ta' l-għajnuna soċjali. Fost affarijiet oħra l-organizzazzjoni Caring Organisations Support torganizza il-Fiera tal-Volontarjat (Caring Awareness Fair) u tippublika Direttorju dwar l-Għaqdiet Volontarji f'dan il-qasam. Din l-organizzazzjoni daħlet fi ftehim mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex id-Diviżjoni tuża l-coach waqt il-ġranet u l-ħinijiet ta' l-iskola. Wara l-ħin ta' l-iskola u fil-ġranet meta ma jkunx hemm skola, il-coach se jkun jista' jintuża minn organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb tfal b'diżabilita' u tfal oħra.

Il-coach hu maħsub għat-tfal taħt l-eta ta' 19-il sena u jiflaħ sa 13-il persuna. Meta jintużaw il-wheelchairs is-siġġijiet jistgħu jinqalgħu biex jidħlu sa erba' siġġijiet bir-roti u b' hekk il-coach jesa’ sa 11-il persuna. Il-coach għandu tail-lift biex ikunu jistgħu jittellgħu s-siġġijiet bir-roti u għandu wkoll l-arja kondizzjonata.

Il-Ministru Louis Galea faħħar l-inizjattiva u x-xogħol siewi li wettaq is-Sur Alfred Calleja, koordinatur tal-Caring Organisations Support. Il-Ministru qal li b'dan il-coach id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u organizzazzjonijiet oħra se jkunu jistgħu joffru servizz aħjar lill-aktar tfal. Il-Ministru qal dan waqt il-preżentazzjoni uffiċjali li saret fl-iskola Helen Keller tal-Qrendi li hi waħda mill-iskejjel fejn immorru t-tfal li għalihom ser jintuża dan il-coach.

Is-Sur Alfred Calleja qal li dan il-coach se jkun għad-dispożizzjoni ta' dawk l-għaqdiet volontarji fil-qasam ta' l-għajnuna soċjali tat-tfal. Hu qal li dawk l-għaqdiet li jkunu jixtiequ aktar informazzjoni għandhom iċemplu lill-Caring Organisations Support fuq 2141 2425 jew 9983 3271 jew inkella jibgħatu e-mail fuq vga@global.net.mt. jew billi jżuru www.ngo-caring.global.net.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow