Left arrow Go Back

BDEW JINĠABRU T-TANKIJIET MILL-ĦITAN TAS-SEJJIEĦ

PR916
Date Icon 01/07/2002

Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, kif ukoll is-Sezzjoni għall-Parks u Konservazzjoni tal-Pajsaġġ, zewg taqsimiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, nhar il-Ħamis 27 ta' Ġunju, bdew jiġbru tankijiet u oġġetti oħra mill-għelieqi li kienu qed jintużaw flok ħitan tas-sejjieħ jew għal finijiet oħra.

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa nġabru mill-inħawi tas-Siġġiewi 320 tank. Ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura mil-lum qed jiġbru tankijiet mill-inhawi ta' Ħaż-Żabbar.

Il-Ministeru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura jfakkar li Avviz Legali 160/97 jagħti poter lill-Gvern li wara sitt ġimgħat minn mindu jingħata avviż biex tankijiet jew oġġetti oħra jitneħħew, il-Gvern ineħħihom hu, a spejjeż tas-sidien jew okkupanti li għandhom id-dmir iżommu l-ħitan ta' l-għelieqi tagħhom fi stat tajjeb kif ukoll l-obbligu li jneħħu dawn l-oġġetti huma.

Qabel ma jittieħdu dawn il-miżuri, il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura ser jagħti għajnuna biex dawn it-tankijiet jew oġġetti oħra jitneħħew minn kull lokalità. Għalhekk, kif diġà kien avżat, bejn l-1 u l-14 ta' Lulju u bejn id-29 ta' Lulju u l-14 ta' Awissu, uffiċjali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet ser ikunu jaħdmu minn Ħaż-Żabbar u l-Imġarr rispettivament biex jgħinu lis-sidien jew l-okkupanti jneħħu t-tankijiet mill-għelieqi tagħhom.

Is-Sezzjoni tal-Parks u Konservazzjoni tal-Pajsaġġ qiegħda mill-ġdid tħeġġeġ lis-sidien jew okkupanti ta' għelieqi fejn hemm tankijiet, biex iċemplu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00a.m. u nofsinhar, fuq telefon 2299 7733 biex jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow