Left arrow Go Back

IKOMPLI X-XOGĦOL TA’ TISBIEĦ MADWAR MALTA

PR904
Date Icon 26/06/2002

Il-Prim Ministru dal-għodu għamel żjara f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema fejn ra x-xogħol estensiv ta’ tisbieħ tal-promenade. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Waqt iż-żjara l-Prim Ministru qal li x-xogħol ta’ tisbieħ f’diversi lokalitajiet huwa wieħed programmat, koordinat u kontinwu. Saħaq fuq il-fatt li l-gvern se jkompli jaħdem biex isebbaħ il-pajjiż għat-tgawdija tal-poplu.

Dwar il-proġett ta’ tisbieħ tal-promenade ta’ San Ġiljan u ta’ tas-Sliema, il-Prim Ministru qal li x-xogħol inqasam f’sitt fażijiet li ħamsa minnhom tlestew, b’riżultat li kważi żewġ kilometri u nofs tal-promenade ġew imsebbħa.

Ix-xogħol ikkonsista f’twessiegħ tal-promenade, titjib fil-faċilitajiet tax-xatt, bini ta’ belvederes, tqegħid ta’ railings u bollards, kif ukoll pavimentar ġdid tal-promenade kollu. Sar wkoll tqegħid ta’ bankijiet, funtani, u fanali dekorattivi.

Il-Prim Ministru qal li l-promenade minn tas-Sliema sa San Ġiljan hija żona ta’ rikreazzjoni mfittxija minn eluf ta’ nies, speċjalment fis-sajf, u kien għalhekk li wkoll inbena playing field ġdid attrezzat għad-divertiment għat-tfal u bini ta’ kiosk.

L-aħħar fażi tal-proġett ta’ San Ġiljan ser tibda titwettaq fix-xitwa li ġejja u mistennija tintemm is-sena d-dieħla. Fuq il-proġetti ta’ San Ġiljan u tas-Sliema s’issa ntefqu madwar miljun u nofs lira.

Wara s-sajf huwa mistenni li jinbeda xogħol fil-Bajja ta’ San Ġorg (San Ġiljan) u l-inħawi ta’ madwarha kif ukoll f’Birżebbuġia u fil-Bajja tax-Xagħjra.

IL-Proġett ta’ tisbieħ f’San Ġiljan

Il-proġett ta’ tisbiħ tal-promenade ta’ San Ġiljan, li jkopri madwar kilometru minn Misraħ Spinola sal-Barracuda, inqasam f’erba’ fażijiet li tnejn minnhom tlestew. Fażi oħra mistennija titlesta f’dawn il-jiem filwaqt li l-aħħar fażi se titwettaq wara li jintemm l-istaġun tas-sajf biex ma jinħoloq l-ebda inkonvenjent għall-pubbliku.

L-ewwel fażi tal-proġett tinfirex minn Pjazza Spinola sal-Waterpolo Club ta’ San Ġiljan. Din il-fażi, li tlestiet, tikkonsisti fit-twessiegħ tal-promenade ta’ San Ġiljan u t-titjieb fil-faċilitajiet tax-xatt, inkluża l-formazzjoni ta’ rampa.

It-tieni fażi, li wkoll tlestiet, tikkonsisti fil-Club tal-Waterpolo ta’ San Ġiljan u l-promenade ta’ fuqu. F’din il-fażi twaqqa’ l-club il-qadim tal-waterpolo u nbnew mill-ġdid il-faċilitajiet ġodda li jinkludu l-promenade ta’ fuqu. Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ public convenience.

It-tielet fażi, li għandha titlesta f’dawn il-jiem, tkopri l-inħawi bejn il-waterpolo clubs ta’ San Ġiljan u n-Neptunes. Din il-fażi tikkonsisti fil-formazzjoni ta’ pjattaforma fil-baħar, il-bini ta’ ħajt tal-konkos u tal-promenade fuqu flimkien mal-bini ta’ belveders f’forma nofs tond. Se jkun hemm ukoll rampa li mil-livell tal-promenade twassal għall-pjattaforma tal-konkos biex jinħoloq aċċess għall-baħar.

Ir-raba’ fażi, li se tibda titwettaq fix-xitwa li ġejja, u tintemm fil-bidu tas-sena d-dieħla, tkopri l-area bejn in-Neptunes u l-Barracuda. La darba jitlesta dan il-proġett jingħaqdu il-promenades ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema, medda ta’ kważi żewġ kilometri u nofs.

Il-proġett ta’ tisbieħ tal-promenade ta’ Tas-Sliema, li tlesta minn kollox, ikopri madwar kilometru u nofs, mill-Fortizza sal-Balluta. Dan il-proġett twettaq f’żewġ fażijiet u kabbar l-area li tulha jippassiġaw in-nies b’50 fil-mija.

Bħalissa qed isir ukoll xogħol ta’ tisbieħ fi Triq Wilga, Paceville filwaqt li se tissebbaħ Pjazza Spinola u l-bajja ta’ San Ġorġ. La darba, fi żmien ftit xhur, jitlestew dawn il-proġetti kollha se jkun hemm promenade twil li minn tas-Sliema jwassal sa Spinola u anke jaqbad mal-bajja ta’ San Ġorġ.

Bit-twettiq tal-proġett tal-Ponta ta’ Tigne, u t-tisbieħ ta’ Qui Si Sana, il-proġetti ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema jingħaqdu ma’ dak tal-promenade tal-Gżira, li wkoll ġie msebbaħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow