DELEGAZZJONI MALTIJA TATTENDI GHAR-RABA’ SESSJONI TAL-KUMITAT PREPARATORJU GHAS-SUMMIT DINJI DWAR L-IZVILUPP SOSTENIBBLI
Delegazzjoni Maltija attendiet ghar-raba’ sessjoni tal-Kumitat Preparatorju fl-livell Ministerjali ghas-Summit Dinji dwar l-Izvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-raba’ sessjoni preparatorja saret f`Bali, l-Indonesia, bejn is-27 ta Mejju u s-7 ta` Gunju 2002.
Ghal din il-laqgha, minbarra delegazzjonijiet governattivi, attendew wkoll ghaqdiet ohra illi rraprezentaw diversi setturi socjali, ambjentali, u ekonomici fosthom il-kummerc u l-industrija, bdiewa, nisa, nies indigeni u zghazagh.
Il-laqgha ta’ Bali ddiskutiet dokumenti dwar il-mod kif ghandu jigi implimentat l-izvilupp sostenibbli dinji, b`mod partikolari fuq l-aspetti ambjentali, socjali u ekonomici, elementi fundamentali ghall-izvilupp sostenibbli dinji.
Dawn l-elementi gew migbura f’zewg dokumenti. Il-Pjan ta’ Azzjoni u d-Dikjarazzjoni Politika.
Il-laqgha ddiskutiet ukoll l-elementi u l-qafas ghal dokument dwar inizjattivi u partnership bejn il-gvernijiet u ghaqdiet ohra li mhumiex governattivi. Il-konkluzjonijiet ta’ dan id-dokument ser ikunu maghrufa bhala `Type Two Outcomes`.
Ir-rizultat tal-laqgha ta’ Bali ser ikun ipprezentat ghad-diskussjoni u approvazzjoni tas-Summit Dinji dwar l-Izvilupp Sostenibbli li ser issir f`Johannesburg, l-Afrika t’Isfel, bejn l-ahhar ta’ Awwissu u l-bidu ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN