Azzjonijiet Industrijali msejjha mill-MUT - Reazzjoni tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni
PR828
11/06/2002
B'referenza ghad-dikjarazzjoni ta' tilwima ndustrijali li habbret il-Malta Union of Teachers u z-zewg direttivi li harget lill-membri taghha, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jixtieq jigbed l-attenzjoni li:
- Rigward l-ewwel talba li ghamlet il-Malta Union of Teachers li jigi negozjat ftehim kollettiv gdid, wiehed josserva li bhalissa ghadhom ghaddejjin negozjati dwar din il-materja bejn l-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-Unions kollha fis-Servizz Pubbliku.
- Ghaddejjin diskussjonijiet ukoll fi hdan il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva, rigward il-position description tal-Facilitator. Fil-laqgha li jmiss ta' dan il-Kumitat din il-position description mistennija tkun finalizzata. B'hekk, tinfetah it-triq sabiex tohrog is-sejha ghall-applikazzjonijiet ghall-post ta' Facilitator skond il-kriterji ndikati mill-Amministrazzjoni lill-Malta Union of Teachers.
Ghalhekk id-direttivi mahruga mill-Malta Union of Teachers mhumiex gustifikati u se joholqu diffikultajiet ghat-tfal u ghall-genituri taghhom minghajr bzonn.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN