Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jattendi għas-Summit Dinji ta’ l-Ikel f’Ruma

PR813
Date Icon 10/06/2002

Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal Ruma, fejn ser jieħu sehem fis-Summit Dinji ta’ l-Ikel organizzat mill-‘Food and Agriculture Organisation’ tal-Ġnus Magħquda. Għal dan is-Summit ser jattendu Kapijiet ta’ Gvern u delegazzjonijiet għolja minn madwar 180 pajjiż.

It-tema ta’ dan is-Summit hija ‘Five Years Later’ waqt li l-mira prinċipali hija li tingħata spinta għas-soluzzjoni tal-problema ta’ min qed ibati l-ġuħ fid-dinja.

Illum wara nofsinhar, il-Prim Ministru ser jindirizza s-Summit.

Għas-Summit il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-‘Food and Agriculture Organisation’, Francis Montanaro Mifsud, mid-Direttur għall-Affarijiet Multilaterali fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Anthony Borg u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-‘International Fund for Agricultural Development’, Abraham Borg.

Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow