STQARRIJA MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA
B'referenza għall-rapport li deher illum 6 ta' Ġunju fl-ewwel faċċata ta' "l-Orizzont", id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tipreċiża dan li ġej:
Jidher li l-files imsemmija fir-rapport jappartjenu għad-Diviżjoni tas-Saħħa. Minn investigazzjoni preliminari li għamlet id-Diviżjoni jidher li dawn il-files huma każi magħluqa ta' bordijiet riċenti li kienu ippakjati biex jittieħdu u jintrefgħu fi storeroom barra l-Head Office fejn hemm eluf ta' files oħra simili ta' snin twal ilu.
Bħalissa fid-Diviżjoni tas-Saħħa għaddejja attività ta' ċaqlieq ta' diversi sezzjonijiet kif ukoll qiegħed jiġi nstallat lift fid-Diviżjoni bil-konsegwenza ta' ħafna skariġġ ta' għamara, karti u materjal ieħor. Jidher li kaxxa u waħda mill-boroż fost ħafna, bil-files ippakjati biex jittieħdu fi storeroom apposta, ġiet bi żball imħallta ma' boroż oħra simili mimlijin bi skart li bħalissa hu abbundanti fid-Diviżjoni minħabba x-xogħol imsemmi. Id-Diviżjoni immedjatament se tieħu l-passi biex żbalji bħal dawn ma jerġgħux isiru.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tistenna li l-Orizzont b'rispett lejn l-etika ġurnalistika ma tiżvelax informazzjoni kunfidenzjali medika fuq pazjenti u tinsisti li dawn il-files jiġu immedjatament irritornati lir-Registry tad-Diviżjoni tas-Saħħa fi Triq Merkanti, il-Belt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN