Left arrow Go Back

Żieda fl-importazzjoni ta’ siġar

PR793
Date Icon 05/06/2002

Matul is-sena li għaddiet kienet reġistrata żieda ta’ 80 fil-mija fl-importazzjoni ta’ siġar; u din kienet dovuta l-aktar għal żieda ta’ 68.5 fil-mija fl-importazzjoni ta’ dwieli.

Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit meta dalgħodu, fil-Mixtla ta’ Wied Inċita, Ħ’Attard, qassam premjijiet lill-iskejjel rebbieħa fil-kompetizzjoni li ssir kull sena mill-Arbor Day Committee, bħala parti mill-Kampanja ‘Kabbar Siġra’.

Bħala parti minn din il-kampanja, lejn tmiem kull sena, d-Dipartiment għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali jipprovdi kwantità kbira ta’ żerriegħa u biċċiet ta’ pjanti minn varjetajiet ta’ siġar lil skejjel tal-Gvern u privati biex jitkabbru mit-tfal ta’ l-iskola, ħalli aktar tard jinġabru mill-istess Dipartiment biex jitħawlu fejn ikun meħtieġ.

Il-Ministru Zammit qal li matul is-sena li għaddiet, minbarra 65,443 bejn siġar, arbuxelli u pjanti oħra mkabbra mid-Dipartiment għas-Servizzi Agrikoli u mħawlin f’diversi siti f’Malta, kienu mpurtati 240,800 siġra, meta fis-sena ta’ qabel kienu impurtati 133,790 siġra.

Hu żied li l-akbar numru ta’ siġar impurtati kienu jikkonsisti f’165,000 dielja u 20,150 siġar taż-żebbuġ li jixhdu l-interess qawwi li hawn fit-tisħiħ ta’ l-industrija ta’ l-inbid u tal-produzzjoni taż-żebbuġ f’pajjiżna. Fl-istess sena kienu impurtati wkoll 32,157 siġar tal-frott, aktar minn 8,000 siġar ornamentali u fuq 1,000 palma.

Il-Ministru Zammit esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-interess fis-siġar fost il-poplu Malti qed dejjem jikber filwaqt li qed jonqos ukoll il-vandaliżmu fir-rigward tas-siġar. Hu qal li m’għandux dubju li dan hu dovut għall-istrateġija li nbdiet ftit tas-snin ilu għal aktar kuxjenza pubblika u apprezzament tas-siġar.

Hu wera wkoll ix-xewqa li t-tfal jibdew ikunu mħeġġa minn ċkunithom japprezzaw is-sbuħija tas-siġar billi jibdew ikabbru bħala passatemp is-siġar miż-żerriegħa u mill-biċċiet. B’hekk ikabbru fihom l-imħabba lejn is-siġar u lejn in-natura.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow