Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI EDWIN VASSALLO

PR783
Date Icon 04/06/2002

L-oppożizzjoni qed tagħmel kull ma tista’ biex tqarraq bis-self-employed u toħloq inċertezza fis-suq billi tipprova ttappan is-suċċess u tiskura l-ġid li minnu qed igawdu ħafna self employed, permezz ta’ l-eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni fil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju.

Minkejja dan il-biża kollu li qed tipprova xxerred fost din il-kategorija, fit-TradeLicensing Unit diġa’ hemm mas-700 applikazzjoni għal xi liċenzja jew tibdil tal-liċenzja. Issa li l-oppożizzjoni qed tara li dan il-process qed jaħdem kif ippjanat, u li kien tant mistenni mis-settur tan-negozju, l-oppożizzjoni spiċċat tattakka lis-self-employed biex f'dan is-settur toħloq inċertezza.

L-impenn tal-Gvern li jkompli jissimplifika l-proċeduri u jara kif inaqqas il-burokrazija f'dan il-pajjiż, qed iqanqal lill-oppożizzjoni biex tattakka lis-settur tas-self-employed. L-oppożizzjoni m’għandha l-ebda nteress li tiddefendi lis-self-employed. Is-sentejn tagħha fil-Gvern jindikaw kif is-self-employed, minflok kienu inghataw nifs ġdid, waslu biex iwaqqfu kull ħsieb ta' negozju tant li f'dawk is-sentejn li l-partit ta’ l-oppozizzjoni kienu sentejn li fihom ħarġu l-inqas numru ta' permessi tan-negozji mingħand il-Pulizija.

Bil-kuntrarju, llum, il-proċess ġdid li bih qed joħorgu l-liċenzji tan-negozji qed iwassal biex jagħti n-nifs lil kull min japplika għal-liċenzja tan-negozju, li tant ikollu bżonn. Jagħmlu tajjeb il-membri ta’ l-oppożizzjoni li jitkellmu dwar is-self-employed u negozji żgħar, biex ifakkru li dan kien is-settur li l-izjed li mar ħażin fiż-żmien il-Gvern precedenti.

Kull min qiegħed fin-negozju m’għandux min x’hiex jibża’ li ġejjin self employed barranin jaħdmu, la bħala mpjegati għaliex ma jistgħux; u lanqas bħala self-employed. Dan ghar-raguni li f'pajjiżna mhux ser jaslu li jiġu self-employed jiftħu negozji, kif ukoll għaliex jekk jiġi xi ħadd biex jagħmel hekk, xorta waħda għandu proċess twil li jrid isegwi qabel ma jinħariġlu l-permess. F'pajjiżna ser ikollna l-istrutturi kollha meħtieġa w effettivi mhux għaliex nibżgħu li jiġu l-Ewropej jippruvaw jiftħu negozju, iżda għaliex il-Gvern jemmen li għandu jkollna f'pajjiżna l-aħjar strutturi li jiddefendu lis-self-employed u negozji serji w armati minn dawk li jistgħu jidħlu fin-negozju, bla ma jkunu ppreparati u jaħdmu bla liċenzja. Dan huwa l-impenn tal-Gvern: li jżomm lil min mhux lest li jaħdem bis-serjeta’ milli jidħol fin-negozju.

L-oppożizzjoni jafu li dan il-process ser ikun suċċess ieħor mas-self-employed u negozji żgħar, bħalma kien suċċess l-eżercizzju ta’ revizjoni tal-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji li diġa’ qed ikun ta' għajnuna għal bosta familji li kienu qed jistennew permess għan-negozju tagħhom.

Bil-ħidma tiegħu l-Gvern qiegħed jissimplifika l-proċeduri u jara li jnaqqas il-burokrazija. L-eżerċizzju tas-simplifikazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzja jixhed dan l-impenn. Għalhekk inħeġġeġ biex min m’għandux liċenja tan-negozju u għandu permess ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar għall-ħanut jew ażjenda tiegħu, biex japplika għall-liċenzja tan-negozju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow