Left arrow Go Back

Avviż Legali l-ġdid li ser jirregola l-attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali

PR779
Date Icon 01/06/2002

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo tkellem dwar l-Avviż Legali l-ġdid li ser jirregola l-attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali. Huwa beda billi rrefera ghall-artikli 13 u 14 ta’ l-Att Dwar il-Licenzji tal-Kummerċ u qal li dawn huma żewġ prinċipji fundamentali tal-liġi li jirregolaw il-kummerc f'pajjiżna. 

"Ħadd ma jista’ jiftaħ jew iżomm xi post kummerċjali kemm il-darba ma jkunx id-detentur dwar xi tali post liċenzjat mill-Awtorita’ Regolatorja. Ħadd ma jkun jista' jiġġestixxi xi attivita’ kummercjali f'xi triq mingħajr liċenzja mill-Awtorita’ Regolatorja".  

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo kompla jitkellem ukoll dwar l-importanza ta’ l-Avviż Legali li jirregola l-ħruġ tal-liċenzja tan-negozju.   Huwa qal li dan id-dmir għandu jkun mħares minn kull min irid jidħol fin-negozju.  Huwa rrefera hawnhekk ghall-Artiklu 5(1) tar-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ li jkompli jsaħħaħ dan il-prinċipju: 

"Kull min, meta jidħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti jkun jikkwalifika biex jiġġestixxi attivitajiet ta' kummerċ, jitlob biex jiġġestixxi attivita’ kummerċjali minn xi post kummerċjali, għandu jagħmel applikazzjoni għaldaqshekk fuq formola adattata lis-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerc. 

Illum, b’dan l-Avviż Legali l-ġdid, ser ikompli jissaħħaħ il-prinċipju ta’ sussidjarjeta’ fejn l-Kunsilli Lokali jsiru Gvernijiet Lokali u għall-ewwel darba, jistgħu jiddeċiedu dwar il-ħruġ ta’ permess li jirregola attivita’ kummerċjali fil-komunita’, kif ukoll il-mod li din tkun ser tiġi mwettqa. B'dan il-proċess ser naraw ukoll li l-prinċipju tal-liċenzja tan-negozju jilħaq aktar il-milja tiegħu. Issa li ser ikun jenħtieġ li jinħareġ permess tan-negozju għal dawk l-attivitajiet kummerċjali kif indikati f'dawn l-avviżi legali,  jfisser li fil-komunitajiet tagħna ser ikollna l-mod ta’ kif kull min irid jagħti servizz kummerċjali f'dan il-livell, japplika għall-permess.

Dan ser iwassal biex bil-management tas-swieq, fieri kummerċjali, u kiosks tal-festi, issa ser ikollna strutturi li jaraw li kull min ikun involut f’din it-tip ta’ attivita’, irid ikollu l-permess.  Ma’ dawn, il-quddiem ser ikollna regolamenti oħra li jirregolaw kif f'pajjiżna wkoll, ikollna strutturi li jaraw li min irid jidħol f’attivita’ kummerċjali,  jgħaddi minn proċess ta’ applikazzjoni li ser jara li jagħti l-permess tan-negozju lil min  ikun eliġibbli biss. 

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo kompla jitkellem dwar kif dan il-proċess għandu jgħin biex jagħmilha mpossibli li xi ħadd jidħol fil-kummerċ minghajr ma jkollu liċenzja. Is-sur Vassallo temm l-intervent tiegħu billi awgura ħidma fejjieda biex fil-komunitajiet naraw isseħħ politika mprenditorjali fil-komunita’,  li għandha twassal biex toffri lill-pajjiżna l-aħjar leġislazzjoni u strutturi legali li jkunu kapaċi jiddefendu lil min huwa serju fin-negozju, minn min m’għandux liċenzja tan-negozju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow