Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni jilqa` delegazzjoni mill-Federazzjoni Maltija ta` l-Isparar

PR775
Date Icon 31/05/2002

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett iltaqa’ ma’ delegazzjoni mill-Federazzjoni Maltija ta’ l-Isparar li dan l-ahhar ippartecipat b’success fil-Kampjonati Ewropej ta’ l-Isparar fl-Italja.

Fil-fatt, waqt din il-Kompetizzjoni, it-tiratur zghazugh William Chetcuti li ta’ 18-il sena, gie fit-tieni post fil-kategorija ta’ taht il-21 sena fil-kompetizzjoni tad-double trap. Tiratur iehor, Frans Pace, gie fl-10 post minn fost 89 tiratur fil-kompetizzjoni tat-trap. Flimkien ma’ dawn iz-zewg tiraturi, hadu sehem ukoll Philip Busuttil, Noel Attard u Nicky Carabott. Jakkumpanjaw lit-tiraturi kien hemm ukoll il-Vici President tal-Federazzjoni Jimmy Bugeja, il-coach Lamberto Castellani u l-ufficjal Grezzju Agius.

Il-Perit Mugliett fahhar il-prestazzjoni tat-tiraturi Maltin, specjalment lil William Chetcuti u filwaqt li awgura lill-federazzjoni sabiex tkompli bil-hidma tajba li ghaddejja biha meta l-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar li ser isiru f’Malta qeghdin joqorbu. Huwa kompla li dan is-success fl-isport ta’ l-isparar jizdied mal-hafna successi li dan l-isport kellu fil-passat, bhal 11-il post ta’ Larry Vella fl-Olimpjadi tar-Russia; it-13 il-post ta’ Frans Pace fl-Olimpjadi ta’ Atlanta; il-midalja tal-Bronz ta’ Emanuel Abela fil-Loghob tal-Mediterran ta’ l-1993; is-successi ta’ Horace Micallef ( Bronze Individual ) u flimkien ma’ Frans Pace (Team Gold) fil-Loghob tal-Commonwealth ta’ 1995 fl-India u t-8 post ta’ Silvio Attard fil-World Cup fl-1996. Ma’ dawn is-successi prestigjuzi, ta’ min isemmi ukoll it-8 pozizzjoni ta’ Frans Pace fil-Pre-Olympic Shoot f’Atlanta fl-2000 u t-tieni post tat-Team fl-istess Kompetizzjoni u r-raba post ta’ Frans Pace fit-Tazza tan-Nazzjonijiet gewwa Montecatini fl-1998.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-konsistenza tar-rizultati ta’ William Chetcuti tawgura tajjeb ghall-futur tieghu personali u l-futur ta’ l-isport ta’ l-isparar f’Malta. "Fid-dawl ta’ l-emendi tal-Ligi ta’l-Armi dawn is-successi jaghtu lill-isport ta’ l-isparar dik l-ispinta necesarja sabiex l-istess prattika ta’ l-isparar fuq il-plattini ikompli jigi stabbilit bhala sport ewlieni fil-pajjiz" temm jghid il-Perit Mugliett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow