TITNIEDA EDIZZJONI OĦRA TAL-KOMPETIZZJONI SEBBAĦ PAJJIŻEK
Il-Ministru tal-Ċustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Austin Gatt, llum nieda l-edizzjoni ta' din is-sena tal-Kampanja Sebbaħ Pajjiżek. Din il-kampanja hija marbuta ma' kompetizzjoni li hi miftuħa għall-Kunsilli Lokali kollha u li tirrikonoxxi mhux biss il-ħidma li tkun saret mill-istess Kunsilli Lokali, biex l-ambjent lokali jinżamm nadif u attrajenti kemm jista' jkun, iżda aktar u aktar biex tħajjar il-partecipazzjoni tar-Residenti u tal-Komunità Kummerċjali fil-lokal f'dan ir-rigward.
L-għan ewlieni tal-Kompetizzjoni hu r-rikonoxximent sħiħ ta' l-isforzi ġenwini li jkunu saru matul is-sena mill-Kunsilli Lokali, Residenti, il-Komunità Kummerċjali u inizjattivi oħra taħt sura ta' Public/Private Partnership Schemes fil-proċess kollettiv taż-żamma ta' l-indafa u dawk l-inizjattivi kollha li jkunu ttieħdu biex titjieb d-dehra strutturali u ambjentali tal-lokal.
Din il-kompetizzjoni hija maqsuma f'diversi kategoriji li jinkludu: Ġonna Pubbliċi b'faċilitajiet ta' Playing Field u attrazzjonijiet oħra; Ġonna Pubbliċi b'xi forma ta' għeluq u li jagħlqu matul il-lejl; Ġonna Pubbliċi fil-miftuħ b'siġar, pjanti u fjuri; Playing Fields imdawrin b'xi siġar/pjanti/fjuri; Pjazzetti bil-Pavimenti/Spazji Pubbliċi oħra; Bajjiet bir-Ramel; Bajjiet u Kosta bil-Blat (magħrufin li huma tajbin għall-għawm u b'aċċess pubbliku); Promenades; Zoni mhux Urbani; Parteċipazzjoni Residenti/Komunità Kummerċjali; l-Aħjar Inizjattiva għal Lokal Isbaħ kif ukoll kategorija dwar il-Widien.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru Gatt, fisser li l-importanza ta' din il-kompetizzjoni hija marbuta mal-fatt li irridu nirrikonoxxu li huwa l-bniedem li jrid jieħu ħsieb l-ambjent ta' pajjiżna.
Dr. Gatt rega' tenna li Gvern u Kunsilli Lokali jridu jaħdmu flimkien biex iħarsu l-ambjent. Huwa enfasizza li rridu nkunu sodi u nagħtu messaġġ ċar lil min ma' jirrispettax l-ambjent li m'aħniex ser nittolleraw lil ħadd iħammeġ u jagħmel ħsara l-ambjent tagħna.
Sadanittant il-Ministru Gatt irringrazzja lill-isponsors li għal darb'oħra regħhu kkonfermaw l-impenn tagħhom favur ambjent aħjar f'pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN