Left arrow Go Back

FESTA NAZZJONALI TAS-"SETTE GIUGNO"

PR768
Date Icon 31/05/2002

Is-"SETTE GIUGNO" tfakkar il-grajja ta' l-ewwel snin tas-seklu l-ieħor fejn il-poplu kien qiegħed jissielet għall-kisba tad-dritt fundamentali li jiggverna lilu nnifsu. Illum, dan il-poplu sovran, permezz tar-Rapprezentanti tiegħu fil-Parlament Malti jrodd hajr lil min dak iz-zmien ta l-kontribut tiegħu biex dan isehh. Għaldaqstant il-poplu kollu huwa mheggeg biex jingħaqad mar-Rapprezentanti tiegħu fil-Parlament għaċ-Ċerimonja li ssir nhar is-7 ta' Gunju filgħodu f'Misraħ il-Palazz, il-Belt.

Il-Programm ta' attivitajiet għal din is-sena organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, huwa dan li gej:

Il-Ħamis, 6 ta' Ġunju 2002

10.00 am Tqegħid ta' kuruna tal-fjuri fuq il-Monument tal-Vittmi tas-"Sette Giugno" fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata

Il-Gimgħa 7 ta' Ġunju 2002

Ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tas-"Sette Giugno" f' Misraħ San Ġorg, Valletta

09.15 am Mr Speaker u l-Membri tal-Kamra tad-Deputati jiltaqgħu fil-Kamra ta' l-Arazzi, il-Palazz.
09.15 am Stakkament tal-Pulizija, flimkien mal-Banda tal-Pulizija jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika
09.24 am Stakkament tal-Pulizija, flimkien mal-Banda tal-Pulizija jieħdu posthom quddiem il-Monument tas-"Sette Giugno", f'Misraħ San Gorg.
09.30 am L-iSpeaker, il-Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, flimkien mal-Membri tal-Kamra tad-Deputati joħorġu mill-Palazz u jimxu sa quddiem il-Monument.
09.32 am Il-Membri wara li jsellmu lill-Monument, jieħdu posthom bil-qegħda.
09.33 am Diskors mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onor Anton Tabone
09.43 am Wara d-diskors, l-iSpeaker imur quddiem il-Monument.
09.45 am Jindaqq il-"Last Post".

Minuta Silenzju.

09.47 am Jindaqq ir-"Reveille".
09.48 am L-iSpeaker iqiegħed kuruna tal-fjuri fuq il-Monument.

Wara jitilgħu bil-kuruni l-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.

09.50 am Tqegħid ta' kuruni mill-Partiti Politiċi u l-Korpi Kostitwiti.

Jindaqq l-Innu Nazzjonali.

10.00 am Marċ mill-istakkament tal-Pulizija.
10.01 am L-iSpeaker, il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni akkumpanjati mill-Membri tal-Kamra tad-Deputati jmorru l-bitħa tal-Palazz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow