Left arrow Go Back

PROĠETT TA' L-ENTRATURA TAL-MELLIEĦA

PR744
Date Icon 27/05/2002

Waqt li kien qed jindirizza lill-membri ta' l-istampa fi triq il-Kbira fil-Mellieha, il- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Ċensu Galea qal li s-sigurta' għas-sewwieqa ingħatat importanza kbira fid-disinn tal-proġett ta' l-entratura ġdida għal dan il-lokal.

Il-Ministru kompla jispjega li dan il-proġett, li ser jiswa madwar Lm200,000 huwa maħsub biex jiffaċilita ċ-ċirkulazzjoni tat-traffiku f'din il-lokalita', kif ukoll biex jagħti dehra isbah lill-entatura tal-Mellieħa. "Dan il-proġett tal-Gvern ċentrali jkompli ma' l-inizjattiva tal-kunsill lokali ta'qabel biex tiġi rrangata it-triq principali tal-Mellieħa

Fid- disinn tal-progett, ġew inkorporati ukoll miżuri ta' 'traffic calming measures' ħalli l-vetturi jnaqqsu mill-veloċita' qabel ma jaqbdu ir-roundabout. Il-Ministru ħabbar ukoll li ser jitwaħlu pelican lights f'din iz-żona biex tiġi mħarsa s-sigurta' tal-pedestrians li jkunu sejrin lejn Selmun, lejn il-Kortin u ta' Braġġ (Mellieha).

Inbena wkoll culvert għall-ilma tul Triq l-Isbark tal-Francisi, biex jgħaqqad il-culvert fit-toroq f'ta' Masrija ma mina eżistenti taħt il-by pass. L-ilma tat-triq ser jinġabar biex tiġi evitata l-problema li dan ifur fit-toroq, wara xi ħalba xita qawwija.

Qabel ma beda x-xogħol, saru diversi laqgħat ma' entitajiet biex jaraw hemmx bzonn li jgħaddu xi servizzi ġodda. B'riżultat ta' dawn il-laqghat, kemm il-Maltacom u kif ukoll il-WSC għaddew servizzi ġodda biex tigi evitata l-problema li t-triq ikollha terġa' tinqala' għall-manutenzjoni fuq dawn is-servizzi.

Id-dipartiment ħaseb ukoll li jgħaqqad ir-roundabout u t-traffic islands flimkien biex b'hekk il-pjanti u siġar jigi msoqqija awtomatikament minn post wiehed minghajr ma' jigi affettwat it-traffiku.

Dan il-proġett, li hu mahdum fuq żewġ kuntratti ġie maqsum fuq ħames stadji biex it-traffiku u l-pubbliku jiġu affetwati mill-inqas. Inbniet triq temporanja biex it-traffiku li ġej mill-Mellieħa jibqa' għaddej mingħajr waqfien. Ix-xogħlijiet dejjem qed isiru fuq area waħda biss mill-proġett u wara li titlesta din il-parti, ix-xogħlijiet jibdew fuq area oħra.

Il-proġett mistenni li jitlesta f'Lulju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow