Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Lawrence Gonzi, Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, waqt it-tnedija tar-Rapport Biennali 2000-2002 Agenzija APPOGG – Il-Belt Valletta – 24 ta’ MEJJU 2002

PR742
Date Icon 27/05/2002

Hu ta’ sodisfazzjon ghalija li llum inkun prezenti ghal din il-konferenza ta’ l-ahbarjiet fejn l-agenzija APPOGG qed tniedi l-ewwel rapport biennjali taghha ghas-snin 2000 u 2001. Hu ta’ sodisfazzjon ghaliex ir-ristrutturazzjoni li din l-agenzija bdiet sentejn ilu qed jaghti l-frott mixtieq f’termini ta’ numru ta’ nies, li gew bzonn diversi servizzi, specjalment dawk indirizzati ghat-tfal u l-familja. Barra minn hekk sar zvilupp intern li pogga lil din l-agenzija f’pozizzjoni tajba hafna biex tkun tista’ tassumi responsabilitajiet ohra fil-kamp socjali. Dan minbarra n-numru akbar u aktar wiesa’ ta’ servizzi li qed toffri l-agenzija. Dawn qed jimlew vojt, li konna ilna snin inhossu, fil-katina ta’ servizzi mehtiega biex nassiguraw li hadd ma jibqa’ lura. Il-fatt li ‘l fuq minn 2,100 persuna, fosthom familji, bhalissa qed jaghmlu uzu mis-servizzi ta’ l-APPOGG, juri li l-agenzija qieghda tiffunzjona u n-nies fil-bzonn qieghda tfittex u ssib l-ghajnuna li jkun hemm bzonn. Naturalment irrid nsostni li ghadna fil-bidu u jehtieg li dak li nbeda jkompli jissahhah u jitjieb biex nassiguraw livell gholi ta’ ghoti ta’ servizz.

Huwa mportanti li nifhmu l-impatt li ghandhom is-servizzi u l-programmi ta’ appogg socjali fuq is-socjeta kollha kemm hi. Servizzi bhal dawn huma kritici sabiex f’Malta tinzamm stabilita’ u armonija socjali, permezz ta’ tnaqqis ta’problemi socjali li jistghu jeskludi li certa’ membri tas-socjeta’ milli jippartecipaw fil-hajja politika, socjali, ekonomika u kulturali ta’ pajjizna. Huwa mportanti li f’dan il-kuntest nifmhu li ahna fid-dmir sabiex ma’ nxeklu lil hadd milli jkollu access ghal dawn id-drittijiet socjali.

Ghalkemm dan kollu huwa pozittiv, rridu nkomplu nanalizzaw ix-xejriet f’dan il-qasam sabiex naghmlu t-tibdil mehtieg u inkabbru l-kapacita’ li nindirizzaw b’mod effettiv diffikultajiet socjali godda.

Ghalhekk nara l-importanza li nevalwaw

  1. x’inhuma l-ostakli li jtellfu l-access ghad-drittijiet socjali;
  2. nevalwaw il-metodi ta’ kif dawn l-ostakli qed jigu indirizzati u fl-istess hin nintegraw aktar il-hidma taghna f’diversi setturi biex jitjieb l-access ghad-drittijiet socjali;
  3. nizviluppaw linji ta’ gwida ghal-politika socjali ntegrata mifruxa fuq l-involviment ta’ diversi setturi.

Fi zminijiet meta jezisti periklu li d-drittijiet socjali jkunu mheddha minn pressjonijiet ekonomici bhall-girja ghal aktar efficjenza u kompetittivita’ f’dinja globalizzata, wiehed irid jenfasizza l-valuri ewlenin li jifformaw il-bazi ghad-drittijiet socjali. Dawn huma l-fiducja f’xulxin, is-sens qawwi ta’ komunita’, d-dinjita’ tal-persuna umana u solidarjeta’. Dawn il-valuri ghadhom importanti llum daqs qatt qabel.

Fuq quddiem nett tal-politika favur id-drittijiet socjali hemm it-tfal specjalment dawk it-tfal li qeghdin f’riskju ta’ eskluzjoni socjali. Tfal li s-sistema edukattiv ma servietx il-bzonnijiet taghhom, tfal li mhux qed jghixu mal-genituri taghhom, tfal li qed jghixu f’ambjent riskjuz kemm moralment kif wkoll fizikament, tfal morda jew b’dizabilita’. Irridu nkomplu nkattru sensibilazzjoni akbar favur id-drittijiet tat-tfal, fosthom id-drittijiet ghal ghixien dicenti, drittijiet ghal protezzjoni u drittijiet ghal l-izvillup.

Inhoss li nkun qed nonqos jekk f’dan is-settur tant sensittiv ta’ appogg socjali ma’ nishaqx fuq l-integrita’ ta’ min jahdem f’dan il-qasam. Il-professjoni tas-social work u psikologija huma mehtiega izda ghadhom qed jizviluppaw fil-kuntest lokali. Is-success u l-kredibilita’ ta’ dawn il-professjonijiet sa jiddependi hafna mill-integrita’ ta’ min jipprattika, il-professjonalita’ li tintwera anki fl-aktar mumenti ta’ qtiegh il-qalb, u d-determinazzjoni favur il-gustizzja socjali.

Naghlaq billi nsemmi dawk li nahseb ghandhom ikunu l-objettivi nazzjonali ghal qasam socjali, li principaljament jinqasmu fi tlieta:

  1. li niffacilitaw il-process biex kulhadd ikollu access ghal mpjieg dinjituz, ghal servizzi u drittijet socjali biex nassiguraw partecipazzjoni shiha minn kulhadd,
  2. glieda kontinwa kontra l-eskluzjoni socjali,
  3. l-appogg professjonali ghal dawk l-aktar vulnerabbli.

APPOGG ghandha rwol centrali f’dan kollu u hafna piz jaqa’ fuq din l-agenzija biex tkabbar u ttejjeb izjed is-servizzi taghha. Fl-istess hin irridu nahdmu bla heda biex fiz-zminijiet li gejjin ikollna politika socjali integrata li tirrispondi b’mod shih ghall-bzonnijiet ta’ dawk il-persuni li jsibu ruhhom f’diffikulta’.

Dak li sar sa issa jawgura tajjeb ghal futur u jien cert li jekk kulhadd jaghmel l-almu tieghu, flimkien naslu biex naghmlu differenza u qabza fil-kwalita’ tal-ghixien ta’ dawk li l-aktar huma vulnerabbli fis-socjeta’ taghna.

Grazzi!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow