Left arrow Go Back

DEVOLUZZJONI TAL-LIBRERIJA TA' ĦAL SAFI

PR733
Date Icon 24/05/2002

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, flimkien mal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali Austin Gatt, assista għad-divoluzzjoni tal-Librerija ta' Ħal Safi mid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi.

Il-Ministru Louis Galea, irringrazzja lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji s-Sur Philip Borg u lis-Sindku ta' Ħal Safi s-Sur Peter Busuttil għall-ħidma tagħhom biex setgħet isseħħ id-devoluzzjoni ta' din il-Librerija.

Sa llum 37 librerija ġew devoluti lil daqstant Kunsilli Lokali u l-esperjenza s'issa kienet waħda pożittiva ferm. Il-Ministru qal li l-Kunsilli Lokali huma aktar viċin in-nies tal-lokalità tagħhom milli qatt jista’ jkun id-Dipartiment u għalhekk l-Kunsilli jistgħu imexxu l-Librerija b'mod li jaqdi aħjar il-ħtiġijiet tar-residenti.

Il-Ministru Louis Galea qal li bħalissa d-Dipartiment qed jaħdem fuq t-tibdil li jrid isir fiż-żewġ liġijiet li jirregolaw dan il-qasam. Hu fisser kif l-iżviluppi fit-teknoloġija ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni qed iġibu magħhom bidliet kbar fil-mod kif tinżamm l-informazzjoni u kif jaħdmu l-libreriji. L-istess qed iseħħ fil każ ta' l-Arkivjar tad-dokumenti pubbliċi li issa qed jinżammu dejjem aktar b'mod elettroniku. Dan l-iżvilupp qed iġib miegħu l-bżonn ta' liġijiet aġġornati dwar kif jinżammu d-dokumenti u kif dawn jiġu arkivjati. Il-Ministru temm jgħid li dan it-tibdil fil-liġijiet għandu jiġi ppreżentat sa l-aħħar tas-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow