Left arrow Go Back

SPORTS DAY GHALL-ANZJANI TAD-DAY CENTRES

PR721
Date Icon 23/05/2002

Avveniment importanti ta' kull sena ghall-Anzjani li jattendu id-Day Centres tal-Gvern hija l-Isports Day. Illum ghandna aktar minn elf anzjan u anzjana li jattendu hdax-il Day Centre tal-Gvern, mifruxa ma’ Malta kollha. Attendew madwar 600 anzjan u 160 minnhom hadu sehem fid-diversi loghob u tigrijiet fis-sitt edizzjoni ta' din is-sena.

L-impenn, il-hegga u l-entuzjazmu li juru dawn il-mijiet ta' Anzjani ghal din l-Isports Day hija xi haga li timpressjonak. Hekk qal l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, waqt li kien qed jindirizzahom u jqassam il-Premjijiet lir-rebbieha. L-anzjani huma rizors importanti fil-moghdija tal-valuri tradizzjonali li jibnu socjeta' Maltija soda u b'sahhitha.

Hija xi haga sabiha li anzjani jzommu ruhhom fizikament u mentalment attivi bl-attivitajiet li jigu organizzati ghalihom matul is-sena kollha. Fizjoterapisti jattendu regolarment fid-Day Centres matul is-sena sabiex jghallmu lill-anzjani jzommu ruhhom attivi b'ezercizzi fizici adattati ghalihom. Dr Mifsud Bonnici kompla jghid li l-impenn tal-Gvern prezenti favur l-Anzjani huwa li jipprovdi l-infrastruttura kif ukoll servizzi ohra necessarji biex ikunu jistghu jibqghu jghixu kemm jista' jkun fil-komunità taghhom, fejn trabbew. Il-messagg tal-Gvern huwa car: il-Gvern irid ikompli jghin lill-anzjani jiskopru l-mod kif jaghtu sehemhom fil-komunità taghhom, biex jghinu fit-tkabbir tas-solidarjetà bejn il-generazzjonijiet u jkomplu jseddqu sens ta' komunità fil-lokalità taghhom; u b'hekk noholqu "Socjetà ghal kull età".

Fl-ahharnett, Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lill-anzjani li hadu sehem fit-tlielaq kollha u taw spettaklu lill-anzjani bhalhom, kif ukoll lil kull min ta sehemu sabiex okkazjonijiet bhal dawn jirnexxu. Huwa qassam medalji ta' partecipazzjoni lil kull min ha sehem kif ukoll ipprezenta t-trofew lid-Day Centre rebbieh, dak ta' Birkirkara.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow