SILTIET MID-DISKORS TA' L-ONOR. George Pullicino, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, waqt LI ZAR PROGETT DWAR L-AMBJENT FL-ISKOLA ST. JOSEPH, BLATA L-BAJDA – IT-TLIETA, 21 TA’ MEJJU 2002
Meta qaluli li stedintuni mill-ewwel accettajt, lanqas biss qatt nahsibha. Iddecidejt li nigi ghall-tliet ragunijiet.
L-ewwelnett ghax kemm intom it-tfal ghandkom ghal qalbkom l-ambjent u kemm tahdmu biex ittellghu esibizzjonijiet bhal dawn.
Illum it-tfal saru grupp b’sahhtu li bid-diskors u l-ghemil taghhom qed igeghlu lill-kbar ibiddlu l-attegjamenti taghhom fuq l-ambjent. Jien niehu mit-tifla tieghi li ghanda 6 snin. Bil-kliem semplici taghha izda b’insistenza dejjem tfakkarni fuq ir-responsabbiltà kbira li ghandna ahna l-kbar li nhallu lilkom l-ambjent kif sibnih ahna anzi jekk hu possibbli anke ahjar.
L-ikbar problemi ambjentali f’Malta, peress li hija pajjiz zghir, huwa l-uzu ta’ l-art. Malta ghandha iktar minn 20% taghha mibni. Meta mqabbel mal-persentagg ta’ bini f’pajjizi ohra huwa kbir hafna. Huwa ghalhekk li l-Gvern qieghed jiehu l-posizzjoni kuragguza li ma nkomplux nibnu fil-kampanja. Minhabba din id-densità ta’ bini l-ispazji miftuha fejn wiehed jista’ jgawdi n-natura huma ristretti. Sfortunatament ghad ghandna ukoll il-problema b’nies li jarmu l-iskart taghhom fil-kampanja.
Imbaghad ghandna l-problema ta’ l-ammont ta’ skart li lkoll bejnietna niggeneraw. Illum sirna nikkunsmaw hafna iktar minn qabel u sirna nixtru materjali li mhumiex bio-degradabbli. Meta kont zghir jien kont immur nixtri bil-qoffa, izda llum hafna min-nies jmorru jixtru u jistennew lil tal-hanut itihom il-basktijiet tal-plastik. B’hekk il-pajjiz qed jiggenera hafna iktar skart. Illum kulhadd komdu jixtri u jarmi, izda l-effett ta’ dan nistghu narawh fil-Maghtab, il-post fejn jintrema l-iskart taghna. Hawn ukoll, minhabba c-cokon ta’ pajjizna il-problema tidher iktar.
It-tieni raguni li accettajt mill-ewwel kienet li gejt mgharraf bil-progett taghkom li bil-fatti qed jghin biex inaqqas anke jekk b’ammont zghir il-problema ta’ l-iskart f’pajjizna. Naf li l-iskola hadet inizjattiva biex tigbor il-flixken tal-plastik imbaghad tghaddihom lill-kumpanija privata biex tesporthom halli jkunu riciklati. Dan huwa ezempju tajjeb hafna u ghandi il-pjacir nghid li dan l-esperiment taghkom nixtiequ nkabbruh, tant li qed nahdmu digà biex f’Ottubru li gej dan il-progett jinbeda ukoll f’madwar 20 skola ohra f’Malta u Ghawdex. Irrid li tkunu intkom l-itfal ta’ din l-iskola li sservu ta’ ambaxxaturi, ta’ promoturi, anke minhabba l-esperjenza taghkom f’dan il-progett.
It-tielet raguni taz-zjara tieghi dik li ninfurmakom b’dak li nixtiequkom taghmlu, sabiex anke intom taghtu s-sehem taghkom ghal-laqgha importanti li se ssir f’Settembru li gej meta l-kapijiet tal-pajjizi kollha tad-dinja ser jiltaqghu fl-Afrika t’Isfel ghas-Summit dwar Zvilupp Sostenibbli. Kelma kemmxejn tqila li tfisser li ghandna nuzaw ir-rizorsi li taghtina d-dinja b’mod ghaqli biex intom u dawk li jigu warajkom ikunu jistghu jibqghu igawdu minn dawn ir-rizorsi.
Ghal din il-laqgha mhux bizzejjed li jkun hemm l-input tal-politici, ta’ l-esperti teknici, ta’ l-ghaqdiet ambjentali izda anke tat-tfal. Ghal dan il-ghan il-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent ser jorganizza zewg kompetizzjonijiet, wahda ta’ essay u ohra ta’ tpingija ta’ poster dwar l-izvilupp sostenibbli. Dan biex anki intom it-tfal tkunu ippartecipajtu fit-tfassil ta’ dak li jehtieg li taghmel Malta fl-aspett ambjentali. Dettalji ta’ dawn iz-zewg kompetizzjonijiet jithabbru iktar tard. Nappellalkom biex tiehdu sehem f’dawn il-kompetizzjoni biex intom ukoll tkunu parti mill-process tal-harsien ta’ l-ambjent.
Ippermettuli finalment sabiex mill-gdid nirringrazzja lilkom it-tfal kif ukoll lill-ghalliema ta’ l-interess taghhom lill-qasam ta’ l-ambjent. Ir-responsabbiltà ta’ l-ambjent hija ta’ kulhadd mill-kbir sa’ z-zghir. Il-gvern ghandu r-responsabbiltà tieghu, izda kull wiehed minna ghandu parti mir-responsabbiltà. Prosit u grazzi ghax intom tghajtu l-ezempju billi mhux biss tkellimtu fuq l-ambjent izda ghamiltu u qed tmexxu inizjattiva posittiva, ezempju ghal kulhadd.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN