L-Onor. Edwin Vassallo jispjega l-kundizzjonijiet il-godda LIL bejjiegha tat-toroq fil-mosta
F’laqgħa li kellu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo, ma’ bejjiegħa tat-toroq fil-Mosta, is-Segretarju Parlamentari spjega kif id-drittijiet li jgawdu minnhom il-bejjiegħa tat-toroq żdiedu u l-ebda dritt antik li kien igawdi minnu dan is-settur ma tneħħa.
"Id-dritt li bejjiegħ fit-toroq jista’ jaħdem ta’ hawker, li jfisser li jkun jista’ jieqaf sakemm ibiegħ u jerġa’ jiċċaqlaq wara li jkun biegħ, għadu jista’ jsirminn kull post f’kull triq u dan bla ebda regola. Għalhekk id-dritt li l-bejjiegħ kellu, kif qed nispjegaw, baqa’ ma ntmesx .Anzi bir-regolamenti l-ġodda żdietet kumdità li, qabel ma’ dawn ir-regolamenti ġew fis-seħħ, il-hawkers fit-triq ma kellhomx.
Ghalhekk issa hawker fit-triq jista’ jieqaf ibiegh f’post fiss, iżda b’kundizzjoni li ma jkunx vicin ta’ hanut. Dak li ma kienx possibbli bil-kundizzjonijiet il-qodma, issa huwa possibbli ghall-bejjiegħ fit-triq izda b’kundizzjoni. Meta bejjiegħ isegwi dawn il-kundizzjonijiet, jista’ joqgħod wieqaf ibiegħ bla biża li qed jikser il-liġi”, spjega l-Onor. Vassallo.
Bis-saħħa tar-regolamenti ta’ l-2002 dwar il-Liċenzji tal-Kummerc, mad-dritt li kellu hawker li jieqaf ibiegħ u jkompli jsuq, issa żdied dritt importanti ieħor, li qabel ma kienx legalment possibbli. Bis-saħħa ta’ din il-liġi ġdida, bejjiegħ fit-toroq jista’ jipparkja l-vettura tiegħu u jbiegħ minn post fiss bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
li jipparkja il-vettura tiegħu fi spazju permess ghall-ipparkjar u li ma jiġi kkaġunat ebda inkonvenjent għall-imxiegħa tat-traffiku (traffic flow)
li l-post fejn jipparkja l-vettura tiegħu ma jkunx f’distanza li timxiha (walking distance) ta’ 50 metru mid-dħul ghal xi post kummerċjali,
li ma titqieghed ebda ħaġa fuq il-bankina jew f’xi taqsima oħra tat-triq,
li l-bejjiegħa fit-toroq jipparkjaw il-vetturi taghhom f’distanza li timxiha (walking disatnce) ta’ mill-anqas 75 metru ’l bogħod minn xulxin
F’kull cirkostanza il-bejjiegħ irid jara li ma joħloq ebda ngombru jew inkonvenjent lir-residenti ta’ madwar jew ghal min ikun għaddej fit-triq.
Il-kundizzjoni li jista’ jsir biss il-bejgħ ta’ ħobz, ħalib, fjuri, pitrolju u ċilindri tal-gass fil-Belt Valleta, u l-inħawi tal-Port il-Kbir baqgħet l-istess. Bħal bejjiegħa tal-Monti, il-bejjiegħa tat-triq ser igawdu wkoll mid-dritt li jappuntaw sostitut fl-assenza taghhom.
B’hekk id-drittijiet tal-bejjiegħa tat-triq bl-ebda mod ma tnaqqsu. Ghal kuntrarju dawn żdiedu biex jinkludu d-dritt li hawker jista’ jbiegħ minn post fiss, kif ukoll iddahhal id-dritt tas-sostitut, kompla s-Sur Vassallo.
“Dawn il-kundizzjonijiet ġodda żiedu l-kumdità lil bejjiegħa fit-triq u ħolqu opportunità ġdida li permezz tagħha l-bejjiegħa fit-triq jistgħu jbiegħu minn post fiss. Dawn ir-regolamenti għandhom ikunu mħaddma flimkien mal-kundizzjoni li kienet diġà teżisti, jiġifieri li kull bejjiegħ seta’ jieqaf biex ibiegħ.
Iżda, dan ir-regolament ma jistax jinftiehem li kull bejjiegh jista’ jieqaf biss biex ibiegħ 50 metru ’l boghod minn ħanut. Bejjiegħ issa jkollu jieqaf 50 metru ’l bogħod minn ħanut biss jekk ikun ser joqgħod f’post fiss anke jekk m’ghandux klijenti lil min ibiegħ. Sakemm bejjiegħ għandu klijenti u qiegħed jeżercita d-dritt “to hawk" dan ma jistax ikun imwaqqaf jekk mhux għalhiex qiegħed joħloq inkonvenjent għat-traffiku.
Dawn huma kundizzjonijiet li għandhom ikomplu jagħtu valur lix-xogħol ta’ dawn il-bejjiegħa fit-triq, filwaqt li jħarsu wkoll lil tal-ħwienet milli jkollhom bejjiegħ qrib tagħhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN