Pjan Strateġiku dwar Tagħlim Matul il-Ħajja
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni għadu kemm waqqaf kumitat biex iħejji abbozz ta’ pjan strateġiku dwat Tagħlim matul il-Ħajja. Il-kumitat beda process biex jiġbor informazzjoni dwar organizazzjonijiet, aġenziji u dipartimenti (Statali u mhumiex) li joffru xi forma ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim permezz ta’ korsijiet jew attivitajiet edukattivi oħra. Għaldaqstant dawk l-organizazzjonijiet, aġenziji u dipartimenti li joffru esperjenzi ta’ tagħlim u jixtiequ jkunu nklużi f’din il-lista għandhom jibagħtu din l-informazzjoni: isem ta’ l-organizazzjoni, numru tat-telefon u fax, indirizz elettroniku (jekk jeżisti), indirizz postali u isem tal-persuna nkarigata. Tista’ tintbagħat ukoll informazzjoni dwar l-ghanijiet ta’ l-attivitajiet li jiġu organbizzati.
Hemm il-ħsieb li ‘l quddiem jiġi ppublikat Direttorju dwar Opportunitajiet ta’ Tagħlim f’Malta u Għawdex.
Kull informazzjoni għandha tintbagħatlis-Sur Tyson Borg, Dipartiment ta’ l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti, Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, Floriana CMR 02 (Tel: 21 226 012, Fax 21 251 476, e-mail: tyson.borg@magnet.mt
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN