Left arrow Go Back

L-Ewwel Survey Nazzjonali dwar is-Sahha

PR669
Date Icon 15/05/2002

Is-servizz ta’ Statistika dwar is-Sahha huwa wiehed mis-servizzi pprovduti mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fuq is-Sahha. L-ghan huwa li jigi pprovdut taghrif preciz fuq is-sahha tal-poplu Malti.

Informazzjoni dwar l-istat ta’ sahhet il-poplu u fuq il-fatturi li jaffettwaw is-sahha hija llimitata u kien propju ghalhekk li saret din is-Survey. Dan l-istharrig ghandu jipprovdi statistika dwar diversi oqsma mportanti, inkluz mard kroniku u mentali, stil u kwalita’ ta’ hajja, uzu ta’ servizzi tas-sahha u medicini, prevenzjoni mill-mard u dizabbiltajiet fizici u emozzjonali.

Is-Survey dam sejjer tmien gimghat, fl-ewwel parti ta’ din is-sena u b’inpenn kbir tal-Project Team, ta’ l-istaff kollu ta’ dan id-Dipartiment kif ukoll ta’ kumpanija li ghamlet dan l-istharrig, inkisbet rata ta’ partecipazzjoni ta’ 79.4%.

Id-Divizjoni tas-Sahha tixtieq tirringrazzja n-nies kollha li ppartecipaw f’dan is-survey li jammontaw f’aktar minn 4,250 ruh u li llum 15 ta’ Mejju 2002 ippartecipaw f’lotterija b’246 premju. Ir-rebbieha ser ikunu notifikati kemm bit-telefon kif ukoll b’ittra bil-posta. Lista shiha tar-rebbieha ser tkun imxandra fuq il-website tad-dipartiment.

Ir-rizultati preliminarji ta’ dan is-survey jigu ppublikati fit-tielet kwart ta’ din is-sena u rapport dettaljat ghall-ahhar tas-sena. Informazzjoni fuq is-survey tista’ tinstab fuq il-website: http://www.health.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow