Se jsir AWDITJAR DETTALJAT Ta' l-Iskejjel STATALI Kollha
L-iskejjel kollha ta' l-iStat se jkunu involuti f'eżerċizzju ta' awditjar dettajlat biex l-ewwel: jiġi stabbilit fid-dettal l-istat u l-bżonnijiet fl-istutturi, l-ambjent u r-riżorsi ta' kull skola. Din l-informazzjoni se tassisti lill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada fil-programm tagħha ta' bini u mmodernizzar ta' l-iskejjel kollha ta' l-iStat f'Malta u Għawdex.
Fi Frar li għadda, il-Fondazzjoni ħarġet sejħa għal numru ta' periti u nies tekniċi oħra kwalifikati, li l-Fondazzjoni tkun tista tingaġġa fuq ix-xogħol li jrid isir fl-iskejjel. Waqt Briefing Session li saret apposta għalihom, il-Fondazzjoni nediet abbozz ta' Dokument ta' Verifika (Audit) għall-iSkejjel Sekondarji, eventwalment dan id-dokument se jkun applikat għall-iskejjel primarji wkoll. Din l-verifika trid issir minn nies tekniċi f'kull skola, bl-iskop; li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.
Id-Dokument ta' Verifika jkopri aspetti bħal ma huma: s-sit ta' l-iskola, l-ambjent, l-arkitettura u l-istrutturi, is-sigurta', it-temperatura ambjentali fil-klassijiet, il-ventilazzjoni u l-kwalita' ta' l-arja fl-iskola u fil-klassijiet, il-livelli ta' dawl, l-akustika u oħrajn.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-Fondazzjoni, li issa ilha mwaqqfa kważi sena, diġa qed turi li hi struttura tajba u effiċjenti biex tiżgura li l-iskejjel ta' l-iStat f'pajjiżna jkollhom ambjenti ta' l-ogħla livell li jħeġġu t-tagħlim. Il-Ministru qal li l-Fondazzjoni diġa' qed taħdem fuq numru ta' proġetti kbar, bħal ma huma dawk ta' l-immodernizzar ta' l-iskola Sir Adrian Dingli u l-bini ta' skola sekondarja ġdida fil-Karwija bejn Ħal Kirkop u Ħal Safi. Il-Fondazzjoni nediet ukoll tlett programmi fl-iskejjel primarji u sekondarji biex isir tisbieħ ambjentali; titjib fil-faċilitajiet rikreattivi ta' l-iskejjel; u xogħlijiet biex l-iskejjel isiru dejjem aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'.
Il-Ministru Louis Galea temm jgħid li x-xogħol kollu li qed tagħmel il-Fondazzjoni u għalhekk ix-xogħol li se jwettqu l-periti, n-nies tekniċi u kuntratturi irid ikun dejjem konformi u ggwidat mill-Kurrikulu Nazzjonali. Il-Ministru qal li l-Fondazzjoni twaqqfet speċifikament biex l-ambjenti ta' l-iskejjel kollha ta' l-iStat ikunu tal-livell li jirrakkomanda l-Kurrikulu Nazzjonali; biex l-istudenti li jmorru f'dawn l-iskejjel isibu ambjent li jilqagħhom u li jħeġġeġ it-tagħlim. Il-Fondazzjoni għalhekk mhux se taċċetta l-medjokrita' la mill-Periti, la mill-Project Managers u lanqas mill-Kuntratturi. Dawn huma flus il-poplu u għalhekk irridu nagħtu lura l-valur massimu tal-flus investiti lill-poplu Malti.
Dawk preżenti għal din il-laqgħa ingħataw abbozz tad-Dokument ta' Verifikabiex fuqhu jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet u l-pariri tagħhom, kif ukoll kopja tal-Kurrikulu Nazzjonali u kopja tal-Guidelines dwar l-ambjent ta' l-iskejjel primarji u sekondarji.Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN