Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR DR JOE BORG, MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN, FIL-UHM ROUND TABLE DWAR F'HIEX WASLU N-NEGOZJATI – BUGIBBA - 30 TA' APRIL 2002

PR586
Date Icon 30/04/2002

Sinjuri, 

Huwa ta' pjacir kbir ghaliha li qieghed nippartecipa f’din id-diskussjoni dwar f'hiex waslu n-negozjati ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Billi bhalissa Malta tinsab avvanzata sew fil-process tan-negozjati, din il-konferenza taghtina opportunita' tajba biex nirriflettu ftit fuq dak li nkiseb sa issa, u biex inharsu ‘l quddiem ghad-direzzjoni li mexjin lejha. 

Bhalma tafu, il-Gvern, bl-appogg tal-mandat elettoriali li ghandu mill-poplu Malti kif espressa fl-ahhar elezzjoni, qed jahdem sabiex il-gejjieni taghna ikun fi hdan l-Unjoni Ewropea - jigifieri li pajjizna jissieheb ma grupp ta’ pajjizi li maghhom ahna ghandna rabta twila, u li maghhom ahna diga nidentifikaw irwiehna. Din kienet decizjoni konxja mehuda mill-Gvern biex jaghti l-ahjar futur possibli lilna u lill-generazzjonijiet ta' warajna. Din hija l-vizjoni tal-gvern prezenti.  

Fin-negozjati il-Gvern qed jiehu hsieb li jikseb pakkett li, filwaqt li jgibna konformi man-normi u l-istandards Ewropej, ikun jaghti kaz tac-cirkustanzi partikolari ta’ Malta. 

Il-Gvern huwa konvint li l-maggoranza l-kbira tar-regoli u l-istandards kif stabbiliti u osservati fl-Unjoni Ewropea ikunu ta’ beneficcju dirett ghal Malta hekk kif qeghdin nahdmu bi shih sabiex insiru aktar kompetitivi, nassiguraw l-izvilupp kontinwu taghna, intejbu l-livell ta' l-ghixien taghna u fl-ahhar mill-ahhar, sabiex ikollna vuci aktar b'sahhitha gewwa l-komunita' internazzjonali. Naghrfu wkoll, li f’certi kazi, ghalkemm limitati ferm, xi ligijiet li jistghu jkunu tajba ghall-pajjizi ohra ta' l-Unjoni, mhux bilfors jghoddu bl-istess mod fil-kuntest lokali meta titqies is-sitwazzjoni partikolari taghna, jigifieri bhala gzira zghira fil-periferija ta' l-Ewropa u b'popolazzjoni densa hafna. Certi ligijiet ghalhekk jehtiegu li jiddahhlu bil-mod il-mod jew inkella ikun mehtieg li nitolbu xi forma ta' ezenjoni minnhom. 

Ghalhekk qed isiru n-negozjati.  

Ahna ghalhekk hdimna biex nizguraw li, f’dawk il-kazijiet kollha fejn ligijiet ta’ l-Unjoni jista' jkollhom xi forma ta' impatt negattiv fil-kuntest Malti, jew fejn kien mehtieg zmien halli certi ligijiet ikunu jistghu jiddahhlu bil-mod il-mod, nsibu soluzzjonijiet fin-negozjati li jaghtu kaz b’mod effettiv ta' dawn id-diffikultajiet. F'kull kaz fejn kien hemm bzonn, ridna ninnegozjaw bis-serjeta, bid-determinazzjoni  mehtiega u b'mod li naslu ghall-pakkett li nehtiegu fl-interess nazzjonali.  

Wiehed bizzejjed ihares lejn ir-rizultati li hargu sa issa minn-negozjati biex jifhem kif din id-determinazzjoni u dan il-pass meqjus qeghdin ihallu l-frott taghhom. 

Biex insemmi xi whud mill-kisbiet ta’ Malta fin-negozjati, nibda billi nirreferi ghall-passi kbar ‘il quddiem li sar fil-qasam tal-politika socjali. F’dan il-kapitlu kkommettejna rwiehna li ndahhlu l-ligijiet kollha Ewropej dwar il-harsien socjali - ligijiet li huma ta’ beneficcju dirett ghall-haddiema Maltin f’diversi setturi differenti. Izda f’erba’ oqsma fejn inhass li kien mehtieg iktar zmien biex jigi evitat kull riskju ta' xi xokk ekonomiku u biex min ihaddem ikollu l-ispazju halli jkun jista’ jdahhal certi mizuri ta' standards godda, nnegozjajna l-perjodi mehtiega ta’ transizzjoni.  

Irrid nghid li f''dan il-qasam ma nnegozjajniex wahedna jew bl-addocc. Anzi, innegozjajna wara li kkonsultajna mal-partijiet socjali koncernati u wara li hadna l-fehmiet taghhom. Hawn ghalhekk nixtieq niehu l-okkazzjoni biex nirringrazzja lill-UHM u lid-dirigenti taghha ghall-kontribut validu li huma taw f'dan il-process tan-negozjati - kontribut li jiena nqisu bhala wiehed serju, kostruttiv u fl-istess waqt car fil-finijiet tieghu.  

L-istess sar fid-diskussjonijiet dwar it-trasport, l-energija, il-qasam tal-gustizzja u l-intern, il-kummerc hieles tal-prodotti, ic-caqliq hieles tal-haddiema u fuq l-akkwist ta' proprjeta immobli.  

Dwar ic-caqliq hieles tal-haddiema, ksibna seba’ snin zmien li matulu l-Gvern ikollu d-dritt minn jeddu li jikkontrolla l-influss ta’ haddiema barranin f’xi settur partikolari jew anke b’mod generali. Dan jkun jista isir f'kaz li l-influss ta' haddiema barranin biex jahdmu f'pajjizna ikun ser johloq theddida ghax-xoghol tal-haddiema Maltin.  

Minn-naha l-ohra, cittadini Maltin, se jkollhom access shih ghal xoghol f’kull pajjiz membru ta’ l-Unjoni Ewropea u dan mill-ewwel jum ta' shubija.  

Wara li jghaddu l-ewwel seba’ snin, il-Gvern innegozja wkoll salvagward iehor, li jibqa jghodd ghal dejjem biex f’kaz li qatt xi darba fil-futur jkun mhedded is-suq lokali tax-xoghol, il-Gvern xorta jkun jista’ jikkontrolla l-influss ta' haddiema barranina, ghalkemm din id-darba bi ftehim minn qabel ma l-Unjoni Ewropea.

Dwar ix-xiri ta’ proprjeta' minn barranin, il-Gvern ghal darb’ohra nnegozja biex ihares l-interessi tal-Maltin. Cittadini ta’ l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jixtru dar ghal vaganzi (residenza sekondarja) f’Malta xorta se jehtieg ikollhom permess biex jixtru l-ewwel dar taghhom f’Malta. Dan il-permess jinghata jekk ikunu sodisfatti certi kundizzjonijiet, l-istess kif qed isir illum u l-permess jinghata biss ghal proprjeta' wahda u mhux aktar.  

Mhux biss, imma assikurajna wkoll li wara shubija, kull cittadin ta’ l-Unjoni Ewropea li jiddeciedi li jigi joqghod permanentament f’Malta u jkun jixtieq jixtri t-tieni proprjeta' hawn, ikun jista’ jaghmel dan biss jekk ikun ghex hawn Malta ghal mill-inqas hames snin.  

L-ghan wara dan l-arrangament specjali huwa biex ikun assigurat li l-prezzijiet tal-proprjeta' ma joghlewx u li l-pressjoni konsiderevoli li diga tezisti fuq l-ambjent naturali ma tkomplix tizdied.  

Dan l-arrangament dwar il-proprjeta' jghodd ghal dejjem u mhux ghal ftit snin biss. Kien hawn min haseb li l-Polonja marret ahjar minn Malta ghaliex kisbet perjodu ta' transizzjoni ta' tnax-il sena. Huwa ovvju li l-arrangament li kisbet Malta, ghax huwa permanenti, huwa ferm ahjar minn dak miksub mill-Polonja. 

Ghal darb’ohra, bhalma gara fil-kaz tac-caqliq hieles ta’ persuni, cittadini Maltin, anke dawk mhux residenti f'Malta, se jkunu jistghu jixtru proprjeta' kemm iridu f’kull pajjiz membru ta’ l-Unjoni Ewropea mill-ewwel jum ta’ shubija. 

Dan ifisser li kemm fin-negozjati dwar il-haddiema kif ukoll fin-negozjati dwar il-proprjeta' Malta irnexxielha tiehu minghand l-Unjoni arrangament li jghodd favur Malta biss.  

Dawn l-arrangamenti li kisbet Malta fin-negozjati sa llum, qeghdin isservu bhala prova, jekk qatt kien hemm bzonn wahda, li huwa possibbli li jinstabu soluzzjonijiet permezz ta’ negozjati li tassew jindirizzaw il-bzonnijiet partikolari taghna. Ahna ghalhekk qeghdin ninnegozzjaw bis-shih, fl-interess taghna lkoll u dan jixhduh in-negozjati fuq dawn iz-zewg materji fejn Malta irrnexilha tikseb l-ahjar arrangamenti mill-pajjizi kandidati kollha. 

Dan kollu jimliena b'fiducja ghall-oqsma li baqa’ miftuha ghad-diskussjoni fin-negozjati. Ghal dawn l-oqsma li baqa’, li jvarjaw minn dak dwar is-sajd ghall-qasam tat-tassazzjoni, mill-qasam tal-kompetizzjoni ghal dak dwar il-biedja u mill-politika regjonali ghall-ambjent, il-Gvern huwa fiducjuz li jinstabu soluzzjonijiet gusti u xierqa li jaghtu kas il-htegijiet ta’ Malta. 

F’kull wiehed minn dawn l-oqsma li n-negozjati fuqhom ghadhom ghaddejjin, il-pozizzjoni taghna diga giet prezentata lill-Unjoni Ewropea. Gew spjegati r-ragunijiet, xi kultant anki storici u tradizzjonali li jiffurmaw il-bazi tat-talbiet taghna ghal arrangamenti specjali jew ghal perjodi ta’ transizzjoni. Matul il-presidenza Spanjola attwali ta’ l-Unjoni Ewropea u dik ta’ warajha, ahna determinati li nkomplu n-negozjati fuq dawn l-oqsma u naghlquhom sa' l-ahhar ta’ din is-sena - hekk kif mistennija jitlestaw in-negozjati ma’ madwar disa' pajjizi ohra sa' l-istess zmien.  

Ladarba jitlestew in-negozjati, il-pakkett bil-kundizzjonijiet tas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jigi prezentat lill-pubbliku Malti halli jkun il-poplu li jiddecidi dwaru. B'hekk issehh il-weghda tal-Gvern li jkun il-poplu Malti stess li jiddeciedi jekk il-gejjieni ta’ Malta jkunx fi hdan l-Unjoni Ewropea jew le. 

Nixtieq inzid ukoll li jekk naghtu harsa lejn minn fejn bdejna sa fejn ninsabu llum, u naraw dak kollu li ksibna sa issa, johrog b’mod car li l-process innifsu tan-negozjati wera li mhux biss qed ihalli l-frott mixtieq izda qed ikun ukoll ta’ beneficcju kbir ghal Malta. 

Per ezempju, f’dawn in-negozjati, is-servizz pubbliku mhux biss wettaq dak li kien mehtieg isir, izda wera kemm hu kapaci jitratta b'mod professjonali u kompetenti l-ghadd kbir ta’ suggetti u d-dimensjonijiet varji tal-process tas-shubija. In-negozjati kkonfermaw ukoll li s-servizz pubbliku taghna jhabbatha tajjeb hafna ma’ dawk f’pajjizi Ewropej ohra. 

Fuq l-istess linja, in-negozjati li ghaddejjin bhalissa wrew li diversi ghaqdiet li jezistu fis-socjeta' taghna - korpi kostitwiti, organizzazzjonijiet rapprezentattivi, 'pressure groups' u organizzazzjonijiet ohra mhux governattivi - huma kapaci li jahdmu flimkien u jiehdu sehem attiv f’dibattitu b’sahhtu u haj dwar il-gejjieni ta’ l-pajjiz. Minkejja d-diffikultajiet ovvji li jistghu jinqalghu fi kwalunkwe progett, il-Maltin ghal darb’ohra taw prova li mhux biss huma lesti, izda aktar importanti minn hekk, li huma kapaci jidhlu ghal sfidi godda b’wicchom minn quddiem u jisfruttaw l-opportunitajiet kollha li hemm miftuha ghalihom. 

Nahseb li hadd ma jista' jichad il-kobor ta’ dan il-progett li bdejna f’dawn l-ahhar ftit snin. Izda r-rizultati li qed jinkisbu jaghtu ragun lill-Gvern li emmen fil-kapacitajiet taghna l-Maltin u kkonfermaw ukoll l-interess genwin ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex Malta tkun parti mill-familja Ewropea li qeghda dejjem tikber.  

Iz-zewg nahat fin-negozjati diga' wrew ix-xewqa u r-rieda soda taghhom biex dawn in-negozjati jintemmu b'success. Nassigurakom li d-dedikazzjoni shiha u l-impenn li kkaratterizzaw dan il-process sa mill-bidu, se jkomplu jintwerew matul is-sena li bdejna. Ninsab fiducjuz li se nkunu nistghu niksbu dawk ir-rizultati mehtiega sabiex jitwarrbu kwalunkwe dubji li xi nies ghad jista jkollhom dwar il-beneficcji enormi li toffri s-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.  

U dan ghall-gid u ghall-harsien taghna lkoll. 

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow