Left arrow Go Back

RAPPORT DWAR SAJD SOSTENIBBLI PPREZENTAT FL-ASSEMBLEA PLENARJA TAL- KUNSILL TA' L- EWROPA

PR573
Date Icon 26/04/2002


Żewġ terzi tal-popolazzjoni dinjija jgħixu mhux aktar minn 60 kilometru 'l bogħod mill-baħar. Fid-dinja hawn 30 miljun ruħ li għandhom rabta ma' l-industrija tas-sajd. Madwar 17-il mija tal-proteini li nieklu ġejjin mill-ħut u dan se jirdoppja sas-sena 2025. Il-qbid bla rażan jhedded il-ħut innifsu kif ukoll is-sistema bijoliġika ta' l-ibħra tagħna.

Rapport dwar kif jista' jintlaħaq l-iskop li s-sajjieda jibqa' jkollhom ħobżhom garantit mingħajr ma jinqered il-ħut u fl-istess ħin il-popli jsibu provvista ta' proteini fl-ikel, ġie ppreżentat fl-Assemblea Plenarja tal-Kunsill ta' l-Ewropa nhar il-25 ta' April, 2002, mill-Onorevoli Francis Agius, MP.

Fil-konklużjoni tiegħu, ir-rapport iħeġġeġ biex l-istati Membri jonoraw kull ftehim maqbul mill-Għaqda Dinjija ta' l-Ikel (FAO) dwar il-konservazzjoni u l-imanniġġjar ta' l-ispeċi tal-ħut, jiżviluppaw il-kooperazzjoni internazzjonali u jsaħħu r-riforma tal-Common Fisheries Policy ta' l-Unjoni Ewropea fl-oqsma soċjali, ekonomiċi u ambjentali O

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow