Left arrow Go Back

JIBDA JILTAQÀ L-E-COUNCILLOR FORUM

PR571A
Date Icon 26/04/2002


"Il-politika ta’ dan il-Gvern hija li jpoggi lill-Kunsilli Lokali bhala c-Centru tal-hajja fil-komunita, kemm dik residenzjali u dik kummercjali." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta indirizza l-ewwel e-Councillor Forum.

Il-Ministru Gatt irrefera ghall-fatt li f’dawn l-ahhar tliet snin, il-politika tal-Gvern kienet indirizzata lejn hidma qawwija f’dan il-qasam, hidma marbuta ma` program ambizzjuz ta’ devoluzzjoni. Dr. Gatt fakkar fl-investiment enormi li sar tul dawn l-ahhar snin fuq l-infrastruttura ta` l-informatika Gvern li issa giet miftuha wkoll ghall-Kunsill Lokali.

Fuq il-bazi ta’ din il-hidma tal-Gvern zewweg l-politika lokali mal-ghanijiet tal-politika elettronika u giet imfassla l-politika elettronika lokali li fiha l-Kunsilli ghandhom erba` rwoli. Fost dawn, qed nahdmu biex il-Kunsilli Lokali jiggieldu l-qasma digitali. Insahhu l-Kunsilli biex ikunu l-aqwa postijiet minn fejn ir-resident ikun jista` jaqdi s-servizzi pubblici tieghu. Aspett iehor huwa marbut ma’ din il-hidma li permezz tal-Kunsilli Lokali jippromwovu t-tkattir tal-partecipazzjoni tar-resident fid-decizjonijiet tal-Kunsill. Bil-politika elettronika lokali, il-Kunsilli se jassumu rwol ta’ promoturi tal-gharfien u l-edukazzjoni fil-qasam ta` l-Informazzjoni u Komunikazzjoni Teknologika.

Dr. Gatt irrefera ghall-beneficcji li ghandhom il-Kunsilli Lokali grazzi ghall-ftehim tal-politika elettronika lokali. Dawn jinkludu kemm ghajnuna finanzjarja, il-holqien ta’ Internet Centre komplut, Public Internet Access Kiosk, kif ukoll programmi ta’ tahrig lill-impjegati tas-sistemi kollha tal-Gvern elettroniku, uzu b’xejn tal-portal u d-domain gov.mt. L-unika responsabilita` tal-Kunsilli hija li juzaw din l-ghodda kollha biex jinghata l-aqwa servizz lill-pubbliku.

Il-politika elettronika lokali hija l-ghodda li permezz taghha qed niggieldu l-qasma digitali. Permezz ta’ din il-politika rridu li min ma ghandux access kollu access b’xejn. Ser nghallmu b’xejn lil min irid jitghallem u min ma jridx jitghallem ser naqduh mill-front offices taghna b’xejn. Il-Ministru Gatt sahaq li "dan il-forum huwa koalizzjoni biex tingheleb id-digital divide. F’dan il-forum qed inlaqqghu flimkien lill-eCouncillors minn kull Kunsill Lokali, is-segretarji tal-Kunsilli, il-Gvern u s-settur privat taht il-kappa tal-kummissjoni eMalta, huwa sinjal ta’ l-impenn taghna lkoll biex pajjizna jkun centru ta’ eccellenza fil-qasam ta` l-informatika."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow