Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett izur il-Kumpless Sportiv ta’ Pembroke
"Minbarra l-progetti tal-Kumplessi sportivi nazzjonali bhal dawk ta’ l-Università, tal-Kottonera u tal-Marsa li bhalissa ghaddej ix-xoghol fuqhom, id-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport qed jghin diversi ghaqdiet sportivi sabiex jizviluppaw, itejjbu jew ikabbru facilitajiet sportivi. B’hekk ikun zgurat li fil-pajjiz ikun hawn firxa ta’ kumplessi nazzjonali, regjonali u facilitajiet lokali." Dan qalu is-Segretarju Parlamentari filMinisteru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, meta zar il-progett tal-kumpless sportiv tal-Pembroke Athleta Sports Club.
Is-Segretarju Parlamentari Mugliett stqarr li din is-sena, il-Gvern qed jalloka madwar Lm90,000 f’ghajnuna lil diversi ghaqdiet sportivi taht il-programm Facility Development mill-vot tal-Programmes and Initiatives.
Diversi ghaqdiet li digà ghandhom titolu legali fuq facilitajiet sportivi, qed jibbenefikaw minn dan il-programm. Hemm firxa ta’ facilitajiet f’inhawi diversi ta’ Malta, li jkopru diversi dixxiplini sportivi li qed tinghatalhom din l-ghajnuna. Il-Kunsill Malti ghall-Isport ukoll qed jibda jintroduci skema simili fejn fondi akkumulati mir-renti ta’ facilitajiet sportivi (mghoddija lil ghaqdiet rispettivi li jiggestuhom) qed ikunu ri-investiti fi progetti ta’ manteniment jew zvilupp ta’ facilitajiet fuq dawk ezistenti.
Il-Pembroke Athleta Sports Club huwa wiehed minn fost numru ta’ ghaqdiet li sentejn ilu inghatatilhom art sabiex fuqha jizviluppaw kumpless sportiv b’facilitajiet ghal diversi dixxiplini sportivi. L-ghoti ta’ din l-art u b’ghajnuna mill-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura u mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, ser iwassal sabiex il-komunità ta’ Pembroke - li hi komunità li ghadha qieghda tikber - ikollha l-facilitajiet li jixirqilha.
Il-gimgha d-diehla, il-Parlament ser jibda jiddiskuti Rizoluzzjoni Parlamentari ohra, fejn 38 (tmienja u tletin) facilità sportiva ohra ser jghaddu f’idejn dawk l-entitajiet sportivi li jiggestuhom. Diversi ghaqdiet sportivi li ser jibbenefikaw minn din ir-Rizoluzzjoni, ser jibdew progetti sportivi godda, li whud minnhom ser ikunu mghejjuna mis-Segretarjat Parlamentari u mill-Kunsill Malti ghall-Isport.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN