Stqarrija mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
Waqt li kien qed jindirizza attivita’ socjali organizzata mill-Ghaqda Nisa Laburisti, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant il-bierah allega li l-kummenti li ghamel il-President tal-Kummissjoni Ewropea Romano Prodi wara l-laqgha li kellu mal-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami, jikkonfermaw li l-Unjoni Ewropea trid li Malta tkun membru tal-Unjoni Ewropea sabiex isservi ta’ bastjun u fortizza.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin isostni li:
"Dan huwa ezempju iehor car ta’ kemm il-Kap tal-Oppozizzjoni huwa lest li jghawweg il-verita’ ghall-iskopijiet tieghu."
Meta l-President Prodi gie mistoqsi dwar x’jiggwadanja pajjizna jekk nissiehbu fl-Unjoni Ewropea, huwa qal li Malta zgur li tibbenefika mil-lat ta’ sigurta`.
"Huwa inspjegabbli kif Dr. Alfred Sant jasal biex jghid li b’hekk l-UE trid tuza lil pajjizna bhala xi bastjun jew fortizza," izid jghid il-Ministru Borg.
Ta’ min wiehed ifakkar li Malta ghalqet in-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-Politika Komuni Barranija u ta’ Sikurezza f’Gunju tas-sena 2000 fid-dawl ta’ l-istatus ta’ newtralita’ ta’ Malta. Ta’ min wiehed ifakkar ukoll li fost il-membri ta’ l-Unjoni Ewropea diga` hemm erba` pajjizi newtrali (l-Awstria, l-Finlandja, L-Irlanda, u l-iSvezja).
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN