STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR IL-Kwistjoni tal-Parkegg hdejn l-Isptar San Luqa
B’referenza ghal dak li gie rrapurtat li qal is-Sur Rudolph Cini, President tal-MUMN waqt li kien qed jindirizza lill-membri tieghu fil-hin li kienet qed issir l-azzjoni industrijali dwar dan il-parkegg, id-Direttur Generali tas-Sahha jichad li qatt kien hemm xi ftehim bejn id-Divizjoni tas-Sahha u l-MUMN dwar l- uzu ta’ dan il-parkegg. Il-fatti huma dawn:
F’Mejju 2001, l-MUMN kienet tat diversi direttivi ta’ azzjoni industrijali lill-membri taghha fuq numru ta’ kwistjonijiet li kienu qeghdin jurtawha f’dak iz-zmien, b’mod specjali l-istat fiziku tal-wards fl-isptar San Luqa, l-ingagg ta’ supporting staff ghall-infermiera u l-qwiebel, u l-hrug ta’ protokolli u guide-lines bhala linji ta’ gwida ghal infermiera u qwiebel.
Fost l-ilmenti li tqajjmu mill-MUMN waqt id-diskussjonijiet li saru, biex tigi rizolta din it-tilwima, l-MUMN kienu wrew it-thassib taghhom dwar in-numru ta’ hsarat u vendikazzjonjiet li kienu qed isiru fuq il-karozzi ta’ l-istaff li jkunu pparkjati kemm fl-isptar kif ukoll fil-parkegg ta’ hdejn l-isptar.
Id-Divizjoni tas-Sahha kienet qablet li jkun hemm aktar sorveljanza mill-Ufficjali tas-Sigurtà fl-isptar; u kien hemm il-hsieb ukoll li tigi kkonsidrata sistema elettronika biex tigi garantita din is-sigurtà. Ma kien hemm qatt l-ebda ftehim iffirmat dwar drittijiet ghall-uzu tal-parkegg jew xi noll li ghandu jithallas ghal dan il-parkegg. Ghalhekk id-Direttur Generali tas-Sahha jsostni li r-referenza mill-president tal-MUMN ghal ftehim tat-8 ta’ Gunju 2001 ma hi xejn hlief tentattiv biex il-pubbliku jkun zgwidat.
Id-Direttur Generali isostni li anke l-akkuza li d-Divizjoni tas-Sahha qed taghmel distinzjoni bejn id-diversi professjonijiet li jahdmu fi hdana, dwar il-hrug ta’ permessi ghall-parkegg fil-carparks ta’ l-isptar, hija wkoll infondata. Il-policy dwar il-hrug ta’ dawn il-permessi hija li dawn jinghataw lill-impjegati kollha fi skala 9 jew oghla, irrispettivament mill-grad jew professjoni taghhom. Din l-allegazzjoni ghal darb’ohra ma hi xejn hlief tentattiv biex tigi attirata s-simpatija tal-pubbliku.
Id-Direttur Generali huwa konvint li ghamel dak kollu possibli biex jikseb kundizzjonijiet vantaggjuzi ghall-impjegati tieghu, li joghgobhom juzaw il-parkegg ta’ hdejn l-isptar, li issa ghadda taht l-amministrazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Huwa jawgura li l-unions jirnexxielhom jinnegozjaw mal-Kunsill Lokali tariffi ahjar minn dak li bonarjament irnexxielha tikseb id-Divizjoni tas-Sahha.
Zgur li hlas ta’ 30 centezmu + VAT, illum il-gurnata huwa kkonsidrat bhala noll ragjonevoli hafna ghall-parkegg ta’ karozza ghal gurnata shiha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN