TIĠDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITÀ: MDINA
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta' l-Identità fl-Imdina nhar is-Sibt 20 u nhar it-Tnejn 22 ta' April, 2002. F'dawn il-jumejn ma jkunx jista' jsir tiġdid għar-residenti ta' l-Imdina fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt Valletta.
It-tiġdid tal-Karta ta' l-Identità ser isir fl-Għassa tal-Pulizija. Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta' dik il-lokalità partikolari. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta' l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt, Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta' l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta' l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-gimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Ma jsirx tigdid tal-Karta ta' l-Identità il-Ħadd 21 ta' April, 2002.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Il-Karta ta' l-Identita' l-ġdida tkun tista' tiġi rtirata aktar 'l quddiem u ser jinħareġ avviż dwar dan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN