LAQGĦA MAL-KUMITAT DWAR L-AMBJENT TAL-PARLAMENT EWROPEW
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech flimkien mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent George Pullicino dalgħodu kellhom laqgħa ma' delegazzjoni mill-Kumitat dwar l-Ambjent tal-Parlament Ewropew immexxija minn Caroline Jackson, Chairperson ta' l-istess kumitat. Il-laqgħa saret fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi oqsma marbuta ma' l-aspett regolatorju u l-implimentazzjoni ta' miżuri ambjentali. B'mod partikolari ġew diskussi l-impenji tal-Gvern dwar l-Istrateġija għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart Solidu fil-Gżejjer Maltin li tinkludi l-għeluq tal-Magħtab qabel l-aħħar tal-2004 u l-għajnuna li tista' tingħata Malta mill-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward wara li ssir membru.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN