Left arrow Go Back

DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA SE ZZUR IL-GERMANJA

PR488
Date Icon 12/04/2002

Delegazzjoni Parlamentari Maltija ta' ħbiberija mal-Parlament Ġermaniż, immexxija mill-Onor. Michael Bonnici, u komposta mill-Onor. John Attard Montalto, l-Onor. Chris Cardona, l-Onor. Jean Pierre Farrugia, u l-Onor. Victor Galea Pace, nhar il-Ħadd, 14 ta' April mistennija żżur il-Ġermanja għal taħdidiet f'Berlin u Brandenburg, fuq stedina tal-Parlament Ġermaniż.

Id-deputati Parlamentari Maltin mistennija jiltaqgħu fost oħrajn ma':-

  • Dr Christopher Zöpel, Ministru ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin;

  • Dr Rudolf Seiters, Viċi President tal-Bundestag Ġermaniż;

  • Dr Hans Ulrich Klose, President tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin tal-Parlament;

  • Mr Friedberg Pfluger, President tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Ewropej;

  • Rappreżentanti tal-Kumitat tal-Finanzi;

  • Kap tad-Dipartiment tas-Servizzi Parlamentari fil-Parlament Ġermaniż;

  • Rappreżentanti tal-partiti politiċi ewlenin Ġermaniżi fil-kwartieri ġernerali tagħhom;

  • ma' l-assoċjazzjoni tal-Kmamar tal-kummerċ u ta' l-industrija Ġermaniża; u

  • ma' l-Ambaxxatur Malti residenti f'Berlin, is-Sur William Spiteri.

Apparti milli jkollhom taħdidiet mar-rappreżentant fil-Parlament Ġermaniż responsabbli għar-relazzjonijiet ma' Malta, Dr Thomas Kossendey, u ma' membri oħra tal-Bundestag, id-delegati mistennija jiltaqgħu wkoll ma' uffiċjali għolja tal-Landtag ta' Brandenburg.

Id-delegazzjoni mistennija lura l-Ġimgħa filgħaxija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow