TESTIJIET FUQ GAMBLI U LAĦAM TAT-TIĠIEĠ IMPURTATI
PR475
11/04/2002
Id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima ta’ l-Ikel u Attività Veterinarja jinforma lill-importaturi li gambli jew prodotti magħmula minnhom mill-Myanmar, Vietnam u t-Tajlandja u laħam tat-tiġieġ jew prodotti magħmula minnhom mit-Tajlandja, iridu jkunu ttestjati immedjatament wara l-importazzjoni imma qabel ma jitpoġġew fis-suq.
Dawn it-testijiet ikunu immirati għall-preżenza ta’ residwi ta’ sostanzi antimikrobi speċjalment għal nitrofurans u metaboliti tagħhom mill-pajjiżi tal-Vietnam u t-Tajlandja u għal chloramphenicol għall-prodotti mill-Myanmar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN