TQASSIM TA' CERTIFIKATI TA' HATRA FIL-QASAM TA’ L-ANZJANI
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, illum qassam certifikati ta' hatra lil haddiema li jahdmu fil-qasam ta’ l-anzjani.
F'diskors qasir li ghamel, Dr Mifsud Bonnici qal li l-impenn kontinwu tal-Gvern prezenti fil-kura ta’ l-anzjani ma hux biss fl-investiment kbir ta' infrastruttura u ta' ambjent tajjeb, imma wkoll investiment fil-haddiema. Ma hux bizzejjed li noffru l-ahjar servizzi lill-anzjani li ghadhom jghixu fil-komunità, imma jehtieg ukoll li naghtu l-ahjar servizz possibbli lil dawk l-anzjani li jenhtigilhom jidhlu f'xi istituzzjoni residenzjali bhalma hu San Vincenz de Paul, fejn hemm madwar 1000 anzjan u anzjana.
Dawn ir-residenti jenhtigilhom ghajnuna u attenzjoni 24 siegha kuljum, ghalhekk l-aqwa investiment irid isir fit-tahrig ta' haddiema sabiex din l-ghajnuna isibuha. Dr Mifsud Bonnici qassam certifikati ta' hatra lil 14-il haddiem - fosthom Senior Registrars, Registered Social Workers, Physiotherapists u Nursing Officers.
Filwaqt li ferhilhom u awguralhom ghall-futur taghhom huwa heggighom sabiex joffru l-ahjar servizz waqt il-qadi ta' dmirijiethom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN