Left arrow Go Back

JINKISBU RIZULTATI POZITTIVI FIT-TNAQQIS TAL-BACKLOG TAL-KAWZI TAL-QORTI

PR437
Date Icon 04/04/2002

"Ir-rizultati li qed jinkisbu fit-tnaqqis ta’ kawzi pendenti quddiem il-Qrati taghna huma sodisfacenti immens." Dan qalu Dr. Austin Gatt, Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, meta kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha ippubblika rapport marbut ma’ l-istatistika ghas-sena 2001 fil-Qorti tal-Gustizzja.

Dr. Gatt kompla li quddiem il-Qrati Civili, meta wiehed jikkompara l-figuri mas-sena ta’ qabel kien hemm tnaqqis ta’ 15%, filwaqt li jekk dawn il-figuri jigu komparati mal-1998, it-tnaqqis kien ta’ 19.3%. "Din hija it-tielet sena konsekuttiva li rajna tnaqqis fil-kawzi pendenti." Il-Ministru Gatt tenna li ghaldaqstant jista’ jghid b’certu fiducja, li hemm trend li tikkonferma li qed jonqsu l-kawzi pendenti. Dawn ir-rizultati huma konfermati bir-rizultati li ghandna ghall-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena fejn minkejja li qed jizdiedu l-kawzi introdotti, l-ammont ta’ kawzi pendenti qed jonqos.

Ir-rapport li gie ppubblikat jinkludi wkoll dik li tissejjah age analysis, li hija analizi ta’ kemm ilhom pendenti l-kawzi. Mill-age analysis li saret wiehed jista’ jnehhi l-impressjoni zbaljata, li l-maggoranza kbira tal-kawzi ilhom kawzi pendenti snin twal. Il-verità hija li 20% tal-kawzi ilhom pendenti inqas minn sena, 32% bejn sena u tliet snin, 20% huma bejn 3 u 5 snin. Min-naha l-ohra 28% tal-kawzi huma pendenti iktar minn hames snin.

Il-Ministru Gatt qal ukoll li huwa inkoragganti wkoll li, fejn kellna l-problema prinicpali fil-qasam civili, jigifieri quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Civili, il-kawzi naqsu b’ 10%, quddiem il-Magistrati il-kawzi naqsu bi 38%. L-istess rizultati posittivi inkisbu fil-Qrati Kriminali fejn sa l-ahhar tas-sena l-ohra kellna 32 guri pendenti. Dawn komplew jonqsu matul l-ewwel tliet xhur. Quddiem il-Magistrati, dawn naqsu bi 18%, filwaqt li quddiem il-Qorti Kriminali Superjuri dawn naqsu b’37 %, u hemm 149 kawza pendenti.

Dawn ir-rizultati ta’ tnaqqis fil-backlog jirrizultaw anke fit-tribunali.

Jekk wiehed janalizza kif inhi t-trend tal-kawzi tul is-snin wiehed jara li it-trend kienet negattiva hafna fl-1997 u l-1998, fejn l-kawzi kollha quddiem il-Qrati zdiedu bi 33%. Din it-trend waqqfet fl-1999. Tul dawn it-tliet snin saret hidma biex il-backlog innaqqsuh.

Dan ir-rapport jinkludi wkoll harsa lejn kif il-kawzi huma allokati quddiem il-qrati, kif ukoll, kif il-kawzi huma prezentati quddiem kull Imhallef u kull Magistrat.

Il-membri tal-Gudikatura ma ghandhomx ikunu mpoggija f’keffa wahda, kompla Dr. Gatt, li tenna li jhoss li ghandhom jigu pubblikati r-rizultati b’mod individwali.

Dr. Gatt sahaq li huwa sodisfatt hafna li ghall-ewwel darba pajjizna ghandu dan ir-rapport. Dan ir-rapport huwa kisba importanti ghall-amministrazzjoni tal-Qorti. Il-Ministru Gatt sahaq li dak li nbeda ser jitkompla u jissahhah fejn habbar li kull xahar ser jibda jigi pubblikat rapport dwar kif ser ikun l-andament tal-kawzi fil-Qrati taghna. Dr. Austin Gatt fisser li l-istatistika hija ghodda essenzjali biex niehdu d-decizjonijiet tajbin, biex inkomplu nnaqqsu l-kawzi pendenti.

Sadanittant, il-Ministru tal-Gustizzja qal li dan kollu ma garax b’kumbinazzjoni. "Dan gara ghax illum qed jigri dak li l-Gvern kien ippjana li ghandu jsir hekk kif id-dekasteru tal-Gustizzja gie fdat lili," kompla Dr. Gatt, "jigifieri ghandna tliet fatturi importanti hafna jahdmu flimkien u qed iwasslu biex inbiddlu kif jimxu l-Qrati taghna."

Dawn huma:

1. Gudikatura tassumi ir-responsabbiltajiet li ghandha

2. Il-government policy li hija cara u li tghin lill-Gudikatura

3. Il-Gvern isahhah l-amministrazzjoni

Il-Gudikatura irrispondiet tajjeb hafna ghas-sejha tal-Gvern. Il-Gudikatura fehmet li kien wasal iz-zmien li metodi li bih tahdem jridu jinbidlu. Ir-rizultati ma kienux jinkisbu li kieku ma kienx ikun hemm l-isforzi min-naha tal-Gudikatura.

F’dik li hija linja ta’ politika kellha effett qawwi ferm id-decizjoni tal-Gvern li jbiddel il-kompetenza finanzjarja tal-Qrati Civili, fosthom bil-bdil tal-kompetenzi finanzjarji quddiem l-iSmall Claims Tribunal.

Il-Ministru Gatt qal li f’dak li jirrigwarda tibdiliet amministrattivi, "ridna insahhu l-amministrazzjoni tal-Qorti biex niffacilitaw ix-xoghol tal-Gudikatura. Fuq medda ta’ tliet snin, zidna l-investiment b’miljun u nofs lira, introducejna management structure gdid, kif ukoll zidna l-ammont ta’ mpjegati ghal iktar minn erba’ mija."

Dr. Gatt semma wkoll li saret analizi fuq l-effett li seta’ kellhom it-tibdiliet fit-tariffi tal-Qorti. Mill-analizi li ghamilna, jirrizulta li l-maggoranza tat-tnaqqis kien fit-Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar, Tribunal li l-iktar li jintuza huwa mill-kumpaniji.

"Ma ahniex ser nieqfu hawnhekk. Nafu li fadal xi jsir u nafu x’fadal li jsir," kompla Dr. Gatt. Il-Ministru Gatt semma li fl-ahhar ta’ dan ix-xahar ser jigi ippubblikat abozz ta’ ligi numru ta’ tibdiliet importanti immirati lejn is-sistema tan-notifiki, is-sistema tas-subasti, l-ezekuzzjoni tal-mandati, is-sistema tal-master u lejn l-ispecjalizzazzjoni ta’ l-Imhallfin, emendi ilhom jigu diskussi fuq sena, u prattikament hemm konsensus dwarhom mill-partijiet kollha. Il-Ministru Gatt tenna li dan kollu sar possibbli wkoll grazzi ghall-investiment kbir kif ukoll riformi kbar fil-qasam ta’ l-informatika. Huwa ippjanat li sa l-ahhar tas-sena nkunu f’pozizzjoni li s-servizzi kollha jkunu jistghu jinkisbu fuq l-internet.

Il-Ministru Gatt tenna, li filwaqt li ghadna ma wasalniex fejn irridu naslu, irridu nirrikonoxxu li mxejna ’l quddiem, u mxejna hafna. Illum il-Gvern permezz tal-politika tieghu, kif ukoll permezz ta’ l-impenn tal-Gudikatura, it-trend ta’ kawzi pendenti giet mdawwra lejn il-kisba ta’ cifri posittivi. Il-Ministru Gatt temm jghid li hu konvint, li jekk il-Gvern ikompli ghaddej bil-hidma tieghu biex jghin lill-Gudikatura, kif ukoll, jekk il-Gudikatura min-naha taghha tissokta bl-impenn taghha, sena wara ohra nkomplu nnaqqsu l-ammont ta’ kawzi pendenti kif ukoll inkomplu nnaqqsu z-zmien kemm iddum tinstema kawza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow