BARRIERA BIEX FIHA JINTREMA TERRAPIEN
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech ħabbar li minn nofs Mejju l-Gvern se jibda juża barriera biex jintefa' fiha parti mit-terrapien li llum qed imur fil-miżbla tal-Magħtab.
Francis Zammit Dimech ħabbar dan waqt laqgħa li kellu mal-Magħtab Action Committee mmexxi minn Winston Zahra. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kellu miegħu uffiċjali li qed jaħdmu fil-Proġett għall-Immaniġġjar ta' Skart Solidu.
Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-ħidma tal-Gvern sabiex il-miżbla tal-Magħtab tingħalaq sal-2004, kif ukoll miżuri temporanji li jridu jittieħdu minn issa biex jibda jitnaqqas skart mis-settur tal-kostruzzjoni li jmur il-Magħtab.
Il-laqgħa kienet waħda kordjali ħafna. Kien hemm qbil li laqgħa oħra ssir f'nofs Mejju biex iż-żewġ partijiet jinżammu infurmati bil-ħidma li qed titwettaq
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN