Left arrow Go Back

Ħlas ta’ nofs il-bolla lill-bdiewa, raħħala u sajjieda

PR425
Date Icon 03/04/2002

Il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd qed iħejji biex jirrifondi nofs il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa minn bdiewa, raħħala u sajjieda.

Persuni konċernati jridu japplikaw għal dan il-ħlas li se jkopri l-perjodu ta’ bejn Jannar u Diċembru 2001 u, għal dawk li ma laħqux applikaw qabel, se jingħataw il-possibbiltà li jirċievu ħlas għas-sena 2000.

Għal dan il-għan, il-bdiewa, raħħala u sajjieda li huma self-employed, full-time u membri sħaħ f’xi kooperattiva,huma mitluba biex sa nhar il-Gimgha, 26 ta’April, 2002, japplikaw f’xi wieħed mill-Uffiċini ta’ l-Extension Service li hemm fil-Mosta, ir-Rabat, is-Siġġiewi u Ħaż-Żabbar, u fil-każ ta’ Għawdex fl-Uffiċċju Ċentrali, Victoria, waqt il-ħin tax-xogħol.

Huma għandhom jieħdu magħhom il-biljett tar-raba’, il-Karta ta’ l-Identità, l-oriġinali u kopja ta’ l-irċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li tħallsu matul is-sena 2001 (u fejn meħtieġ għas-sena 2000), kopja tar-rendikont tal-bejgħ li għadda mill-Kooperattiva jew mill-Pitkalija jew mill-Pixkerija skond il-każ, u kopja tal-PTI maħruġa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Dawk kollha li applikaw fis-snin ta’ qabel u li huma intitolati wkoll għall-ħlas għas-sena 2001 huma mitluba biex jerġgħu japplikaw mill-ġdid fir-rigward għall-ħlasijiet lura dovuti għas-sena 2000. Jekk ma ssirx applikazzjoni fil-ħin ma jkunx jista’ jsir pagament.

Applikazzjonijiet ma jkunux aċċettati jekk jaslu tard, jekk il-kontribuzzjonijiet ma jkunux imħallsa għas-sena kollha u jekk ma jkollhomx magħhom id-dokumenti kollha mitluba.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow