Left arrow Go Back

XOGĦOL TA' RESTAWR FIL-FORTI MANOEL

PR420
Date Icon 02/04/2002

Il-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura qal li kien ta' pjacir għalih jinnota li l-konsorzju MIDI beda x-xogħol ta' restawr tal-Forti Manoel, proġett li fih il-konsorzju se jinvesti Lm2.5 miljun. Waqt li kien qed izur ix-xoghol li qed isir mill-konsorzju MIDI fuq il-progett ta' Manoel Island u l-Ponta ta' Tigne', huwa qal li r-restawr ta' bini storiku minn konsorzji li jkunu qed iwettqu proġetti kapitali qed jorbot tajjeb mal-ħidma li qed issir mill-Gvern f'dan il-qasam u li qed titwettaq mill-Unit għar-Restawr u mill-Proġetti għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana, l-Imdina u l-Kottonera.

Il-Forti Manoel, li nbniet mill-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1723, tħalliet għal bosta snin abbandunata bir-riżultat li saritilha ħafna ħsara. Il-Forti sofriet minn attakki ta' l-ajru fl-aħħar Gwerra Dinjija meta ntlaqtu fost ġojjieli ta' storja, il-kappella stil barokk tat-18-il Seklu, dedikata lil Sant'Antnin ta' Padova. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-mira tal-konsorzju hi li l-Forti Manoel jerga' jikseb is-sbuħija oriġinali tiegħu billi jinbidel f'kumpless li jiġbor fih attivitajiet kulturali, ta' passatemp, ħwienet u postijiet residenzjali.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li għal bosta snin f'dan il-post intrama kull tip ta' skart, żjut maħruqa u siringi. Qal li kien infurmat li l-konsorzju MIDI neħħa minn dan il-post aktar minn 500 trakk skart u terrapien. B'hekk il-Forti Manoel ingħata tindifa ġenerali. Fl-istess waqt bdiet ħidma biex jitneħħew wires, pajpijiet u xogħol ta' siment, li barra li ma kienux jaqblu ma' l-istil tal-post, kienu qed jagħmlu ħsara lill-ġebla.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien beda xogħol madwar il-forti, inklużi il-fortifikazzjonijiet fejn ċerti partijiet ta' l-istruttura kienu waslu biex jaqgħu. Il-foss tal-Forti Manoel tnaddaf minn mijiet ta' tunnellati ta' terrapien u skart ieħor. Waqt li kien qed isir it-tindif, ħarġu ċerti karatteristiċi li kienu moħbija mit-terrapien u ħaxix għoli. Bħalissa qed isir xogħol biex ikun żgurat aċċess għall-ħafna mini u spazji oħra taħt l-art li kienu imblukkati.

Francis Zammit Dimech qal li f'Manoel Island se tinbena biss 22 fil-mija ta' l-art. Se jkun hemm marina fuq floating pontoons, ċentru sportiv u ċentru kummerċjali konness mal-marina.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li filwaqt li kienet qed titwettaq din il-ħidma, fil-Forti Manoel kien qed isir xogħol sew fuq il-parti tal-proġett fil-Ponta ta' Tigne', kif ukoll fil-yacht marina.

Fil-Ponta ta' Tigne, fejn qed jinbena ċentru urban ta' l-ogħla kwalita', kien se jkun hemm units kummerċjali u oħrajn residenzjali ta' l-ogħla livell, mibnija madwar plaza ta' 8,500 metru kwadru fuq lifestyle kosmopolitan u b'dimensjoni unika Maltija. Se jkun hemm ukoll yacht marina. Dawn se jinbnew fl-isfond ta' Forti Tigne' li wkoll se jkun riabilitat. Hu qal li

· ix-xogħol fuq il-bini ta' l-ewwel 60 appartament esklussiv jinsab għaddej skond il-pjan. Dawn huma parti minn kumpless ta' 190 appartament.

· Ix-xogħol ta' eskavar tal-car park li se jinbena taħt l-art jinsab fi stat avvanzat;

· Beda x-xogħol tat-triq li se tgħaddi minn taħt l-art biex isservi l-proġett.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li aktar kmieni din is-sena l-konsorzju MIDI ikkummissjona lil Harbour Management Limited, sussidjarja tal-Melita Marine, biex tmexxi il-marina f'Manoel Island f'isem il-MIDI. Hu qal li sakemm isir xogħol permanenti fi żmien erba' snin, il-kumpanija Harbour Management Ltd diġa għolliet il-livell tal-marina. Il-moll tnaddaf u sarlu landscaping filwaqt li llum hemm servizz 24 siegħa kuljum li jkopri l-aspetti kollha ta' l-irmiġġjar. Fl-inħawi llum hemm ukoll aktar sigurta'. Aspetti li diga ġew appprezzati mis-sidien ta' l-irmiġġi tal-Manoel Island marina.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li ried jifraħ lill-konsorzju MIDI mhux biss għaliex kien qed iżomm mal-pjani u l-miri tiegħu għal Manoel Island u l-Ponta ta' Tigne', iżda talli kien se jagħti lill-pajjiż kumpless ta' kwalita' li kien jagħmlilna ġieħ bħala Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow