Left arrow Go Back

ĦADDIEM JITTIEĦED L-ISPTAR WARA LI ĦASSU ĦAŻIN

PR410
Date Icon 28/03/2002

Dalgħodu, għall-ħabta ta' l-10.30, Carmelo Rapinett ta' 52 sena minn Bormla kien qed jaħdem f'sentina tad-drenaġġ f'Kennedy Grove. Wara li kien spiċċa mix-xogħol u ħareġ mis-sentina, Rapinett ħassu ħażin u ttieħed l-Isptar San Luqa fejn qed jingħata l-kura kollha meħtieġa. Mill-ewwel indikazzjonijiet li għandu d-Dipartiment tad-Drenaġġ, mill-Isptar San Luqa sa issa jirriżulta li dak li għandu Rapinett mhux relatat max-xogħol li kien qed jagħmel.

Barra s-sentina kien hemm blower biex iżomm l-arja tiċċirkola fis-sentina filwaqt li fil-bokka kien hemm erba' ħaddiema oħra li kellhom l-apparat meħtieġ, inkluż gas detection equipment, breathing apparatus equipment u apparat ieħor meħtieġ. Rapinett kien liebes il-harness biex f'każ ta' xi inċident jittella' mill-ewwel minn sħabu.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech, hekk kif irritorna minn barra fejn kien fuq xogħol tal-Gvern, ġie infurmat immedjatament u ha passi biex ikun stabbilit x'wassal biex ġara dan. Hu ordna li ssir investigazzjoni biex jekk kemm-il darba kien hemm xi nuqqasijiet min-naħa ta' min kien qiegħed fuq ix-xogħol, jew min kien responsabbli għas-supervizjoni, jittieħdu l-passi dixxiplinarji kollha meħtieġa.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jixtieq ifakkar li f'dawn l-aħħar xhur id-Dipartiment tad-Drenaġġ investa kważi kwart ta' miljun lira f'tagħmir u apparat ta' l-iktar teknoloġija moderna biex titħares is-saħħa ta' dawn il-ħaddiema. Barra minn hekk, il-ħaddiema kollha ngħataw it-taħriġ meħtieġ f'sigurta' fil-post tax-xogħol

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow