Left arrow Go Back

JIBDA L-HAMES PUBLIC SCREENING PROCESS TA’ L-ISKEMA TA’ L-ART AGRIKOLA TAL-GVERN

PR404
Date Icon 27/03/2002

Il-Pubbliku huwa mgharraf li min-nhar it-Tnjen l-1 t’April se jibda l-hames Public Screening Process ta’ l-Iskema ta’ l-Art Agrikola tal-Gvern. Dan l-ezercizzju se jsir fil-lokalità tal-Mellieha u se jdum sa’ l-ahhar ta’ Mejju.

L-Iskema ghal Art Agrikola tal-Gvern giet mnieda mill-Ministeru ta’ l-Intern f’Awissu 2000. L-iskema tat l-opportunita’ lil kull min jahdem art agrikola tal-gvern (kemm dawk li diga’ kellhom kirja kif ukoll dawk li ma kellhomx) sabiex japplika biex jinghata kirja gdida fuq dik l-art u b’hekk igawdi mill-beneficcji offruti mill-iskema. L-iskema kienet tapplika ghall-art agrikola tal-Gvern kollha, inkluza dik amministrata mill-Ufficcju Kongunt (art li qabel kienet tal-Knisja). Applikazzjonijiet taht l-iskema ntlaqghu sat-28 ta’ Frar 2001.

L-Iskema ghal Art Agrikola tal-Gvern tipprovdi biex wara l-gheluq tal-applikazzjonijiet isir Process ta’ ‘Public Screening’ (PPS). Dan il-PPS qed jigi mplimentat b’mod gradwali fi gruppi ta’ lokalitajiet. Il-PPS huwa intenzjonat sabiex jaghti l-opportunita’ lil kull min hu interessat biex jara, fuq mappa apposta, il-bcejjec ta’ art li fuqhom tkun saret xi applikazzjoni u minn min saret. Kull min ghandu raguni valida biex jikkunsidra li l-applikazzjoni ma saritx skond l-iskema, jew li hija falza jew inkella tista’ tippregudika xi drittijiet tieghu/taghha u/jew ta’ terzi, ikun jista’ jaghmel oggezzjoni fuq formola li giet ppreparata ghal dan il-ghan. Iz-zmien ta’ kull PPS ser ikun ta’ xahrejn f’kull lokalita’.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow