Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TA' L-INTERN U L-AMBJENT DR TONIO BORG INIEDI L-WHITE PAPER DWAR L-ORDINANZA DWAR L-ARMI

PR392
Date Icon 26/03/2002

Il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent Dr Tonio Borg nieda l-White Paper dwar l-Ordinanza dwar l-Armi f'konferneza ta' l-aħbarijiet li saret illum f'Casa Leoni f'Santa Venera.

Il-Ministru Borg fisser li din il-White Paper qed tifrex it-triq biex titwettaq wegħda elettorali oħra li saret mill-Gvern Nazzjonalista: dik li "Jgħin lid-dilettanti ta' kull sport jiżviluppawh, u lill-għaqdiet sportivi biex jiksbu postijiet adattati għalihom. B'mod partikolari il-P.N. joffri inċentivi lid-dilettanti ta' l-isparar fuq il-plattini u target shooting ieħor."

Fil-fatt, fisser il-Ministru Borg, din il-White Paper tagħti inċentivi għal sparar fuq targets, u avvenimenti sportivi. Fil-prattika, dawn l-inċentivi jistgħu jinqasmu f'erbgħa:

1. jinħarġu liċenzji għal ġarr u pussess ta' armi li jintużaw bħala sports, u min ikollu l-liċenzja jrid ikun segwa kors dwar is-sigurta` ta' l-arma;

2. f'każijiet speċjali tista' tingħata liċenzja lil persuni taħt it-tmintax-il sena, iżda mhux anqas minn sittax-il sena, pero` b'rappreżentant legali li jkun responsabbli kemm ċivilment kif ukoll kriminalment għalihom waqt il-prattika ta' l-isport;

3. il-ħruġ ta' liċenzja temporanja ad hoc għal shooting range;

4. il-ħruġ ta' liċenzja sabiex il-barranin ikunu jistgħu jipprattikaw dan l-isport f'Malta.

Għall-ewwel darba, kompla l-Ministru Borg, qed jiġi ntrodott il-kunċett ta' kollettur. Il-kolletur jingħata liċenzja biex ikun jista' jikkollezzjona armi antiki, storiċi, artistiċi jew rari u li jkollu strong room għall-ħażna ta' dawn l-armi. Se jitwaqqaf ukoll Bord bl-isem ta' Bord tal-Pariri dwar l-Armi, li jikklassifika l-arma bħala antika, artistika, storika jew rari.

Il-Ministru Borg spjega li l-proposti tal-White Paper huma ntiżi wkoll biex jirregolaw skond linji moderni l-akkwist, pussess u ġarr ta' armi tan-nar u armi oħra f'Malta. Qed jiġu proposti miżuri sabiex l-abbużi jiġu kkastigati b'pieni eħrex minn dawk tal-lum, filwaqt li miżuri oħrajn jassiguraw li anki l-armi liċenzjati jinżammu b'mod li jiġu evitati inċidenti bla bżonn.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent, is-Sur George Pullicino u-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, s-Sur Jesmond Mugliett indirizzaw ukoll il-konferenza ta' l-aħbarijiet.

Il-White Paper tinsab għall-bejgħ mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ghall-prezz ta' Lm1 u l-pubbliku jista' jressaq il-kummenti tiegħu dwar il-White Paper lill-Policy Co-Ordinator fil-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent sa l-aħħar t'April 2002.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow