Diskors mill-Onor. Prof. Josef Bonnici, Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, fl-okkazjoni tal-varar tal-Vapur M.V. Malita - Port ta’ l-Imgarr, Ghawdex - Is-Sibt 23 ta’ Marzu 2002
Kull inawgurazzjoni hija lok ta’ sodisfazzjon ghal dawk involuti; izda ghanda isservina ukoll bhala spunt ghal riflessjoni.
Nibda minn dak l-aspett tac-cerimonja ta’ llum, li jolqot l-iktar mill-qrib lill-gzira t’Ghawdex u lill-Ghawdxin kollha; jigifieri t-titjib fis-servizz tat-trasport bejn Malta u Ghawdex. Bhala Ministru responsabbli mill-Gozo Channel, ma nistax ma nishaqx fuq l-importanza ta’ dan il-vapur l-MV Malita, kif ukoll tat-tnejn ta’ qablu: Ta’ Pinu u l-Gaudos, ghat-thaddim ta’ servizz ta’ tragitt dejjem iktar dipendibbli, sikur u komdu bejn iz-zewg gzejjer. Dan is-servizz jirraprezenta aspett krucjali ta’ l-infrastruttura ta’ pajjizna u element indispensabli fil-hajja ekonomika u socjali ta’ Ghawdex.
It-tlett vapuri flimkien jistghu jghabbu, komplessivament, sa 2700 passiggier u ‘l fuq minn 300 karozza. L-MV Malita wahdu jista jghabbi mhux inqas minn 150 karozza. Dan il-vapur, ghalhekk, ser ikun ta’ ghajnuna kbira sabiex jitnaqqsu il-kjuwijiet fil-qalba tas-sajf meta id-domanda tkun l-akbar.
Permezz ta’ dan it-tielet vapur gdid qed nassiguraw li s-servizz bil-bahar bejn iz-zewg gzejjer ikompli jitjieb. Ghal dawk kollha li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex, dawn it-tlett vapuri ifissru mhux biss aktar kumdita izda wkoll tishih tas-sigurta’ u servizz aktar affidabbli anke fi granet ta’ maltemp. U dan ma sarx biss ghall-beneficju ta’ min juza s-servizz izda wkoll ghax nemmnu bis-shih fil-bzonn li nkomplu nsostnu l-izvilupp ekonomiku fil-gzira Ghawdxija, b’mod partikolari fil-oqsma tat-turizmu u l-kummerc.
F’dan il-kuntest huwa relevanti li wiehed ifakkar li, ghal dan l-istess skop, fil-ligi l-gdida dwar il-promozzjoni tan-negozju li ghaddejna mill-parlament is-sena li ghaddiet, estendejna is-sussidju fuq it-trasport bejn iz-zewg gzejjer ghas-settur kollu tal-manifattura u mhux aktar biss ghal dawk li jesportaw. Dan sabiex inkomplu niffacilitaw kemm jista’ jkun l-investiment fil-manifattura f’Ghawdex. J’Alla dawk kollha li huma nvoluti iktar direttament fl-oqsma tat-turizmu u tal-kummerc jgharfu jiehdu vantagg min dan it-titjieb fis-servizz bejn iz-zewg gzejjer permezz ukoll tal-hidma mehtiega minn naha taghhom sabiex nassiguraw f’kull waqt prodotti u servizzi tal-kwalita’ mixtieqa.
Illum nistghu napprezzaw ahjar kemm kienet ghaqlija d-decizjoni li hadna numru ta’ snin ilhu biex il-Gozo Channel tibda, ghall-ewwel darba fl-istorja taghha, tipprovdi s-servizz ta’ tragitt permezz ta’ vapuri godda u moderni. Marbuta ma dan il-pass kien hemm ukoll id-decizjoni li dawn il-vapuri jinbnew f’Malta stess. Din id-decizjoni kienet mera tal-fiducja li ghandu il-Gvern fil-hila tal-haddiem Malti u b’mod partikolari tal-haddiema tal-Malta Shipbuilding li jibnu vapuri moderni b’livell mixtieq ta' kwalita’.
Ir-rizultat li qed naraw quddiemna illum, hekk kif qed ninawguraw dan it-tielet vapur, jikkonferma l-kapacita’ tal-haddiema fit-tarznari Maltin li jaghmlu xoghol teknikament avvanzat u ta’ kwalita’ ferm gholja. Dan jistghu jikkonfermawh ukoll l-eluf kbar ta’ Maltin u barranin li matul dawn l-ahhar sentejn diga ghamlu uzu miz-zewg vapuri l-ohra li nbnew ukoll f’Malta u li qed joperaw regolarment bejn iz-zewg gzejjer.
Sfortunatament izda, l-kwalita’ tajba, anki jekk element essenzjali, mhux fattur bizejjed sabiex tiggarantilek wahedha postok fis-suq. Mal-kwalita’ wiehed irrid jabbina wkoll prezz kompetittiv u dan jista jigi assikurat biss minn produttivita’ gholja fejn kulhadd jaghti s-sehem shih tieghu u fejn jitnaqqas kemm jista’ jkun il-hin allokat ghal xoghol li mhux direttament produttiv. Dan jiddependi hafna mit-thaddim ta’ prattici ta’ xoghol li jiffacilitaw il-flessibilta’ fost il-haddiema flimkien ma’ proceduri li jizguraw id-dixxiplina mehtiega.
Hawnhekk fejn ghad baqa’ hafna xi jsir fil-Malta Shipbuilding b’mod li, filwaqt li kulhadd illum jirrikonoxxi l-kapacitajiet teknici li jezistu f’din it-tarzna, ninsabu f’sitwazzjoni fejn din it-tarzna mhux kompetittiva bizzejjed biex tirbah ordnijiet godda. Anki jekk inharsu lura lejn it-tliet vapuri li nbnew ghall-Gozo Channel, insibu li dawn irrikjedew daqs tlett darbiet is-sighat ta’ xoghol li, bhala medja, kienu jkunu mehtiega f’tarznari ohra li maghhom Malta trid tikkompeti. U dan barra in-numru hafna ikbar ta’ haddiema involuti f’xoghol mhux direttament produttiv. Minn dan kollhu ma tantx tohrog stampa li tista’ tqawwilek qalbek u dan huwa mill-aktar frustranti ghaliex is-sena u l-hila hemm qeghdin.
Ghalhekk, kif tkellimt fil-bidu ta’ dan id-diskors qasir, ic-cerimonja ta’ llum ghanda sservi ukoll bhala mument ta’ riflessjoni. Riflessjoni fuq dik li hija ir-rejalta attwali u fuq dak li nistghu nattwaw jekk inkunu lesti nimplimentaw il-bidliet neccessarji u jekk nghamlu l-isforz mehtieg.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN