Left arrow Go Back

DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, L-ONOR. EDWIN VASSALLO, WAQT ZJARA LI GHAMEL FIL-QASAM INDUSTRIJALI TA' L-IMRIEHEL

PR377
Date Icon 22/03/2002

"Il-ħidma tal-Gvern hija ndirizzata biex tara li tgħin lin-negozji jkunu sostenibbli. Ma nistgħux innaqqsu r-ritmu tal-kompetizzjoni li fiha nnifisha hija ndikatur tajjeb li tixhed li l-attivita' kummerċjali f'pajjiżna qed tikber. Meta l-attivita' kummerċjali kienet sejra lura, kellna wkoll il-kompetizzjoni li kienet qed tonqos u dan għaliex kien qed jonqos ukoll in-numru ta 'dawk li kienu qed japplikaw biex jidħlu fin-negozju.

Għalhekk f'din iċ-ċirkustanza, l-ħidma tal-Gvern tagħmel sens li tkun indirizzata biex tara li tgħin in-negozji jkunu sostenibbli.

Għal din ir-raġuni qed naħdem biex inkunu ta' għajnuna kemm fl-iżvilupp ta' l-infrastruttura kif ukoll b'simplifikazzjoni ta' proċeduri.

Il-ħidma li saret ma' din il-komunita' ndustrijali tixhed li dan il-Gvern bil-fatti qed jaħdem biex jara li l-industrija f'pajjiżna ma taqax lura u tingħata s-servizzi nfrastrutturali kollha meħtieġa. Sa ftit ilu dawn it-toroq kienu għadhom għalqa, llum qed issir ħidma flimkien mal-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni biex dawn iż-żoni ndustrijali li ma humiex taħt ir-responsabbilita tal-Malta Development Corporation jibdew jiġu rrangati.

Ħidma ohra li qed titwettaq ma' settur imprenditorjali li għandha tgħina nkunu aktar sostenibbli, hija l-ħidma ndirizzata lejn is-simplifikazzjoni ta' proċeduri li qed twassal biex ċerti proċeduri fil-ħruġ tal-liċenzji li kienu qed jieħdu żmien twil biex joħorġu issa ser ikunu qed joħorġu fl-inqas żmien possibbli.

Dan il-proċess jinkludi wkoll l-introduzzjoni ta' regolamentazzjoni li hija uniformi għal kull negozju, maħsuba speċifikament biex naraw li fl-inhawi ta' kull negozju kif ukoll f'kull negozju tinżamm l-ordni, l-indafa u jitħares l-ambjent ta' madwar. Hawn ukoll qed ikun hawn bidla għaliex issa bl-introduzzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet tal-liċenzja tan-negozju, kull imprenditur ser ikun jaf x'ikun mistenni minnu. Ma' dawn il-kundizzjonijiet tan-negozju, ser ikun hemm ukoll l-obligazzjonijiet li jirregolaw lin-negozji tagħna, u li tali kundizzjonijiet joħorġu mill-liġijiet.

Kif taraw minn dawn il-kundizzjonijiet, qed tingħata attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' l-ambjent ta' madwar l-allokazzjoni tan-negozji tagħna. Ma nistgħux nibqghu naċċettaw li jkollna negozji li joħolqu skart u li dan l-skart narawh mormi barra. Ma nistgħux naċċettaw lil min itellef it-trankwillita ta' l-inħawi fejn qed jaħdem.

Irridu naraw li jinħoloq bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-komunita' residenzjali u dik kummerċjali. Għalhekk qed nippubblika dawn il-kundizzjonijiet tan-negozju li għandhom ikunu ta' gwida għal kull min qiegħed fin-negozju kemm jekk f'żona ndustrijali bħal ma hija din iż-żona, kif ukoll jekk in-negozju jkun f'żona residenzjali.

Il-quddiem ser naħdmu wkoll fuq ħidma b'kordinazzjoni kemm mal-Ministeru responsabbli mill-ambjent, kif ukoll mal-Ministeru responsabbli mill-indafa pubblika biex naraw li jkollna kampanja edukattiva u ta' enforcement fuq l-indafa f'żoni ndustrijali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow