Jibda jiltaqa’ l-ICT –Employers’ Forum
"Konxji mil-limitazzjonijiet li ghandna, izda fiducjuzi fil-kapacatijiet tal-Maltin, konvint li flimkien naghrfu niehdu l-opportunitajiet kollha li toffri id-dinja tal-informazzjoni, u kommunikazzjoni teknologika u nisfruttawhom ghall-gid ta’ pajjizna." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta llum kien qed jindirizza l-ewwel ICT Forum organizzat mill-kummissjoni eMalta u l-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig.
Il-Ministru Gatt tenna li dan il-forum huwa inizjattiva ohra li qed tiehu l-kummissjoni emalta li tghaqqad flimkien oqsma kritici f’dan il-qasam. Il-Ministru Gatt qal li dan il-forum qed ilaqqa’ flimkien lis-settur edukattiv u dak industrijali biex flimkien nidentifkaw il-htigijiet li ghandna fil-qasam tal-ICT (Information and Communications Technology).
Dr. Gatt fisser ir-rwol ta’ dan il-forum bhala wiehed li jistabilixxi standards ta’ kompetenza bazici f’dan is-settur. Irridu nidentifikaw l-htigijiet f’dawk li huma skills necessarji skond il-htigijiet tal-industrija. Dan ghandu jghin biex infasslu dak li jsir fil-qasam edukattiv biex dak li nghallmu jkun jirrifletti l-htigijiet tas-suq tax-xoghol.
Il-Ministru Gatt fisser kif ghal darb’ohra l-Kummissjoni qed isservi ta’ punt centrali kemm fl-izvillupp kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ dak li qed inwettqu f’pajjizna. Huwa tenna mill-gdid li r-rwol tal-kummissjoni huwa wiehed ta’ forum fejn jinholqu s-sinergiji necessarji biex pajjizna jimxi l-quddiem.
Il-Kummissjoni diga’ holqot ghadd ta’ sinergiji u laqqghet flimkien lill-Gvern, agenziji tieghu u lis-settur privat biex flimkien nkattru l-inizjattivi f’dan ir-rigward.
Fost dawn kien hemm il-ftehim mac-Cisco biex jkollna akkademja f’pajjizna. Intant il-Ministru Gatt habbar li din il-gimgha intlahaq ftehim li permezz tieghu ic-Cisco Networking Academy f’pajjizna ser testendi it-tahrig fil-UNIX, basic webdesign u l-A+ Technician.
Il-Ministru Gatt temm id-diskors tieghu billi heggeg lis-settur privat biex min-naha tieghu ukoll jhares lejn l-inizjattivi li jistghu jittiehdu. Huwa sahaq li l-pass tal-lum ghandu jkompli jghinna inharsu lejn il-futur konvinti li flimkien naslu biex jkollna socjeta ta’ l-oghla livell, mibnija u msejsa fuq il-kapacitajiet tal-haddiema Maltin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN