Ġbir Mhux Awtorizzat
Il-Ministeru ta' L-Edukazzjoni u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jixtiequ jinfurmaw li qed isir ġbir ta' flus mhux awtorizzat minn xi persuni li qed jgħidu li qed jiġbru f'isem l-iSkola Sekondarja tas-Subien F.X. Attard tal-Marsa.
L-iskola irċeviet numru ta' rapporti minn diversi lokalitajiet li dawn il-persuni kienu qed iħabbtu bieb bieb u jistaqsu għal Lm3 f'isem l-iskola. Dan il-ġbir mhux awtorizzat u l-flus mhux qed imorru għall-iskola iżda fil-bwiet ta' dawn l-individwi.
Filwaqt li hu tajjeb li l-iskejjel jagħmlu attivitajiet ta' ġbir ta' fondi biex jintużaw b'mod leġittimu fl-iskellel tagħna, ħadd m’għandu jagħti flus lil persuni li ma jkunux awtorizzati minn dik l-iskola, li għaliha jkunu qed jiġbru. Il-Ministeru u d-Diviżjoni jgħarrfu li kull min jintbgħat jiġbor, irid ikollu xi forma ta' identifikazzjoni ċara u ittra uffiċjali, iffirmata mill-istess kap ta' l-iskola konċernata.
Il-Ministeru u d-Diviżjoni nfurmaw lill-Puliżija tal-lokalitajiet fejn dawn il-persuni kienu qed jiġbru biex dan l-abbuż jieqaf minnufih. Kull min għandu xi informazzjoni għandu jinforma lill-puliżija tal-lokal, kif ukoll lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fuq il-Freephone 0800 772330.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN