Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA' MALTA JAGHMEL ŻJARA UFFIĊJALI LID-DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR

PR337
Date Icon 15/03/2002

L-E.T. il-Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, illum żar id-Dipartiment tal-Konsumatur fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Konsumatur. Fiż-żjara tiegħu, il-President kien akkumpanjat mill-Onor. Dr. George Hyzler, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, u mis-Sur Marcel Pizzuto, Direttur Ġenerali tad-Dipartiment.

F'diskorsi ta' l-okkażjoni, s-Sur Marcel Pizzuto spjega l-operat tad-Diviżjonijiet varji tad-Dipartiment tal-Konsumatur kif ukoll il-bidliet li qegħdin iseħħu f'dan il-qasam. Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari George Hyzler, filwaqt li rringrazzja lill-President għaż-żjara uffiċjali tiegħu lid-Dipartiment, tkellem dwar il-ħidma tal-Gvern fejn jidħol il-Konsumatur u d-drittijiet rispettivi tiegħu.

Fl-indirizz tiegħu, il-Prof. de Marco qal li "il-prinċipju tal-liberta' tas-suq ma jfissirx libertinaġġ tas-suq. Huwa essenzjali li jkun hemm liberta' tas-suq, u l-kompetizzjoni huwa metodu kif tassigura li jkollok l-aħjar prodotti bl-aħjar prezzijiet". F'dan il-kontest ukoll, qal il-President, id-Dipartiment tal-Konsumatur għandu r-rwol, li jassigura li fis-suq ma jkunx hemm pożizzjonijiet dominanti.

Il-President qal li għażel dan il-Jum, biex jagħmel żjara uffiċjali lid-Dipartiment tal-Konsumatur, għaliex il-konsumatur huwa l-ikbar grupp li jeżisti fin-nazzjon - "fir-realta' aħna lkoll konsumaturi u għalhekk ilkoll għandna nteress f'dak li jiġri f'din id-diviżjoni. "

Filwaqt li faħħar lill-istaff tad-Dipartiment, li bil-ħidma tiegħu jeduka lill-poplu fuq id-drittijiet tiegħu bħala konsumatur, il-President de Marco qal li llum, avolja hawn il-liberta' fis-suq, fir-realta' bis-saħa tal-liġijiet li saru, żdied il-kontroll fuq l-abbuż tas-suq. Il-President qal li d-Dipartiment tal-Konsumatur għandu r-rwol li filwaqt li jipproteġi lill-konsumatur, jipproteġi anki lil min jissuplixxi, jiġifieri lill-kummerċjant. Huwa qal li d-Dipartiment qiegħed jagħraf jibni bilanċ bejn iż-żewġ naħat.

Tul iż-ż-żjara tiegħu, il-President de Marco ddawwar mal-uffiċini u ltaqa' individwalment mal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Konsumatur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow