Left arrow Go Back

GBIR TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’ L-GDIDA

PR333
Date Icon 15/03/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjunarju Elettorali Principali jgharrfu lir-residenti ta’ Marsa, Munxar, Xlendi, Rabat (Ghawdex), San Lawrenz u Zejtun, li kienu applikaw biex igeddu l-karta ta’ l-Identita’ fic-Centru tal-lokalita’ taghhom, illi ghandhom jigbru l-karta ta’ l-identita’ l-gdida, billi jmorru fil-Ghassa tal-Pulizija taghhom fil- granet kif gej:

MARSA Mit-Tnejn, 18 sas-Sibt, 30 ta’ Marzu, 2002
MUNXAR/XLENDI It-Tnejn, 18 u l-Erbgha, 20 ta’ Marzu, 2002
RABAT (Ghawdex) Mit-Tnejn 18 ta’ Marzu sat-Tnejn, 1 ta’ April, 2002
SAN LAWRENZ It-Tnejn, 18 u l-Erbgha, 20 ta’ Marzu, 2002
ZEJTUN Mit-Tnejn, 18 ta’ Marzu, sal-Hamis, 11 ta’ April, 2002

Il-Gimgha 22 u l-Hamis 28 ta’ Marzu, 2002, kif ukoll fi Hdud u Festi ma jsirx gbir tal-Karta ta’ l-Identita’. Il-hin ikun mit-Tnejn sas-Sibt : 8.00am sa 12.30pm u mis-1.30pm sat- 8.00pm.

Il-pubbliku huwa mgharraf illi sabiex tingabar il-karta ta’ l-identita’ l-gdida, trid tigi moghtija lura l-karta ta’ l-identita’ l-qadima.

Mhux mehtieg li kulhadd imur jigbor il-karta’ ta’ l-identita’ l-gdida personalment, izda huwa importanti li min imur irid ikollu aktar minn 18-il sena u jiehu mieghu l-karta ta’ l-identita’ tieghu u ta’ dawk il-persuni li jkun awtorizzat sabiex jigbor il-karta ta’ l-identita’ taghhom.

Dawk il-persuni li tilfu jew li kellhom il-karta ta’ l-identita’ taghhom b’xi mod distrutta, jew li jonqsu li jigbru l-karta ta’ l-identita’ taghhom fil-granet fuq imsemmija, jkunu jridu jigbru l-karta ta’ l-identita’ taghhom mill-Ufficcju Elettorali, il-Belt Valletta jew fil-kaz ta Ghawdex, mill-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’, fir-Rabat, Ghawdex, minn tlett ijiem wara li jkun ghalaq iz-zmien indikat hawn fuq, bejn it-8.00am u nofsinhar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow