Left arrow Go Back

Irtirata d-direttiva lill-bejjiegħa tal-ħut

PR332
Date Icon 15/03/2002

Il-GRTU dalgħodu rtirat id-direttiva li tat lill-bejjiegħa tal-ħut biex ma jixtrux ħut maqbud mis-sajjieda Maltin u b’hekk setgħu jibdew diskussjonijiet mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, dwar l-ilmenti li tqajmu mill-bejjiegħa.

F’laqgħa li saret dalgħodu stess bejn id-Direttur tas-Sajd u l-Akwakultura, Dr Anthony Gruppetta u d-Direttur Ġenerali tal-GRTU, s-Sur Vince Farrugia, li kien akkumpanjat minn rappreżentanti tal-bejjiegħa, id-Direttur tas-Sajd għamilha ċara li biex setgħu jitkomplew id-diskussjonijiet kellha tkun irtirata d-direttiva.

L-uffiċjal tal-GRTU stqarr li l-azzjoni li ttieħdet kienet bi tweġiba għal direttiva maħruġa mill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd lis-sajjieda tat-tkarkir, peress li, skond l-GRTU, din kienet tindika iffissar ta’ prezzijiet minimi li bihom irid jinbiegħ il-ħut. Għalhekk talab li biex tieqaf l-azzjoni kellha tkun irtirata dik id-direttiva.

B’riżultat ta’ kuntatti li saru dak il-ħin stess mid-Direttur tas-Sajd mal-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, din aċċettat li tirtira kull direttiva temporanjament b’sinjal ta’ rieda tajba. It-tweġba tal-Koperattiva kienet komunikata lir-rappreżentanti tal-bejjiegħa tal-ħut, li da parti taghhom aċċettaw li tkun irtirata d-direttiva taghhom. Sar qbil ukoll li l-ħut jerġa’ jibda jkun irkantat b’seħħ minn għada filgħodu.

Għaldaqstant, id-diskussjonijiet se jitkomplew kmieni llum wara nofs in-nhar bejn id-Dipartiment tad-Sajd u l-Akwakultura, il-GRTU f’isem il-bejjiegħa tal-ħut, u rappreżentanti tal-Koperattivi tas-Sajd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow