Left arrow Go Back

Il-bejgħ tal-ħut għall-konsum lokali

PR330
Date Icon 14/03/2002

B’riferenza għad-direttiva maħruġa mill-GRTU lill-bejjiegħa tal-ħut għal konsum lokali, il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd baqa’ sorpriż bil-ħruġ ta’ direttiva ta’ din ix-xorta, qabel ma l-partijiet esploraw toroq oħra bħal dik ta’ djalogu biex jekk jeżistu xi differenzi, tkun tista’ tinstab soluzzjoni.

Il-Ministeru hu konvint li kull meta nqalgħu xi diffikultajiet u ġew iffaċċjati b’mod ġust madwar mejda, dejjem instabet soluzzjoni. Il-Gvern hu lest, kif dejjem kien, li jitkellem ma’ l-oqsma kollha konċernati. Il-Gvern tant għandu nteress fil-bejjiegħa tal-ħut li, fil-liġi l-ġdida dwar is-sajd li saret is-sena l-oħra, il-Gvern ta post lil rappreżentant tal-bejjiegħa tal-ħut fil-Fisheries Advisory Board.

Mhux hekk biss, izda wara li saret il-liġi, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura talab u kiseb din ir-rappreżentanza mill-GRTU. Dan ir-rappreżentant diġà ħa sehem fid-diversi laqgħat li għamel dan il-Bord, u kull meta kellu xi sottomissjoni x’jagħmel lill-Bord jew lid-Dipartiment, dan ingħata kull opportunità jagħmel dan. Li s-sajjieda jfittxu swieq ta’ esportazzjoni għall-ħut li jaqbdu huwa ta’ benefiċċju għas-settur u, kif jidher mill-kuntratt tat-tonn li qed ikun formulat, mhux il-ħut kollu qed imur għall-esportazzjoni.

Ħafna tipi ta’ ħut huma staġjonali u jinqabdu f’ammonti sostanzjali f’perjodu qasir ħafna, tant li s-suq lokali ma jkunx jista’ jikkunsmahom kollha u jispiċċaw ma jinbiegħux. Il-Ministeru huwa dejjem lest li jiltaqa’ mal-partijiet kollha konċernati meta jintalab jagħmel dan.

Madankollu, il-Ministeru ma jistax jaċċetta sistemi ta’ bejgħ li jiksru l-liġi; u għalhekk ma jistax jifhem għaliex l-insistenza li l-bejjiegħa tal-ħut ma jridux jixtru l-ħut bl-użin, meta dawn ibiegħuh bl-użin. Dan il-fatt hu kontemplat fi klawsola 10 tar-Regolamenti tal-Bejgħ tal-Ħut, li ilhom fis-seħħ mill-1957.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow