Left arrow Go Back

Diskors ta’ l-E.T. il-Professur Guido de Marco, President ta’ Malta, waqt il-Laqgha Generali Annwali tal-Kunsill Studenti Universitarji

PR320
Date Icon 13/03/2002

Huwa ghalija sodisfazzjoni partikolari nindirizza din il-laqgha annwali generali tal-Kunsill Studenti Universitarji. Mhux biss ghaliex koprejt il-karigi kollha minbarra dik ta’ tezorier fi hdan dan il-Kunsill li kien maghruf bhala l-iStudents’ Representative Council meta kont student; mhux biss ghaliex ir-rabta tieghi ma’ din l-alma mater ilha ghaddejja ghal fuq minn hamsin sena, l-ewwel bhala student, imbaghad bhala ghalliem u professur. Imma, fuq kollox, ghax nemmen li l-Universita’ hija element essenzjali fil-kontest ta’ l-izvilupp ta’ pajjizna.

Mill-Universita’ ta’ Malta hargu nies li taw kontribut siewi f’kull qasam tal-hajja - tobba u avukati, periti u enginiera, artisti u ghalliema, teologi u ekonomisti, lingwisti u hafna hafna gradwati ohrajn. Din l-Universita’ sawret il-hajja intellettwali u materjali tal-pajjiz billi tat nies li nisgu l-istorja ta’ dan il-pajjiz, li wittew it-toroq li n-nazzjon taghna qed isegwi llum.

Mill-Universita’ ta’ Malta hargu l-mexxejja ta’ pajjizna li ggieldu ghad-drittijiet ta’ Malta u tal-Maltin; il-mexxejja li kisbu l-Indipendenza; il-mexxejja li gharfu jibnu fuq il-ftit rizorsi li ghandna u mexxew il-hidma tal-Maltin biex tisseddaq socjeta’ demokratika u solidali. Nemmen bis-shih li l-Universita’ se tkompli taghti lil Malta mexxejja u nies ta’ kwalita’ li se jaghmlu differenza pozittiva fis-socjeta’.

Il-kelma universita’ mnissla mill-vuci Latina universitas li gejja mis-sostantiv universus, univers. Tinkorpora fit-tifsira taghha sens ta’ totalita’, ta’ globalita’. Illum li ntilef hafna mit-taghlim tal-Latin fis-sistema edukattiva taghna, hsibt li tajjeb infakkar ftit l-gherq tal-kelma. Dan l-gherq ghadu jfisser sewwa l-ghan ta’ centru ta’ fakoltajiet u specjalizzazzjonijiet akkademici li jaghtu sura lil universita’.

Ix-xoghol li jsir f’universita’ huwa mahsub biex johloq ambjent adatt ghall-istudju ta’ livell gholi, ghar-ricerka f’bosta oqsma - ambjent li jippromwovi l-kwalita’ u l-kreativita’. Dan ix-xoghol akkademiku ghandu jissarraf f’cittadini ahjar fis-socjeta’, nisa u rgiel kompluti fil-formazzjoni taghhom. Ghandu jsarraf persuni kompetenti fil-professjoniet taghhom, kapaci li jmexxu lil Malta fit-triq ta’ l-izvilupp materjali u intellettwali. Ghax l-Universita’ hija esperjenza formattiva - tibni u ssahhah il-bniedem, tiftahlu l-bibien tal-hsieb, tistimolah jistaqsi u jiskopri tul il-mixja tieghu jew taghha fl-‘universita’ tal-hajja’ - l-izjed universita’ importanti li tezisti. F’dan il-kontest, l-universita’ hija tieqa fuq il-futur personali u kollettiv taghna lkoll.

Ghalhekk nemmen f’edukazzjoni shiha u komprensiva, universali fl-interessi u globali l-iskop taghha. Din il-kompletezza ta’ edukazzjoni, din il-kompletezza ta’ formazzjoni u forma mentis tipprepara liz-zghazagh gradwati jaffrontaw u jadattaw b’mod ahjar l-isfidi tad-dinja tax-xoghol, l-isfidi ta’ dinja globalizzata li l-effetti taghha hadd ma jista’ jahrab minnhom.

Forsi ghadna ma lhaqniex livell mixtieq ta’ komprensivita’ edukattiva u formattiva. Hija triq li l-istudenti jridu jittraccaw flimkien ma’ min qed imexxihom fl-istudju, triq li tipprepara lill-istudenti biex jaffrontaw il-bidliet mghagglin fil-hajja kontemporanea. F’dan il-kontest, nahseb li tajjeb tirrifflettu u taraw - ghax hafna jiddependi mir-rieda taghkom ukoll - kif tizviluppaw izjed mentalita’ interdixxiplinari, li zzommu mohh miftuh fuq kull ma qed jigri madwarkom, sija f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Ma jistax ikun li studenti johorgu gradwati mill-Universita’, forsi b’certifikati eccellenti, imma jkunu injoranti jew ma jinteressawx ruhhom minimament dwar eventi jew xejriet li qed jahkmu lis-socjeta’ - zviluppi li se jkollhom impatt fuq il-gejjieni ta’ kullhadd. Li tistudja l-Universita’ ma jfissirx li ma jezisti xejn jew ftit izjed mill-kotba tas-suggett tal-kors. F’dan il-kontest, bosta inizjattivi tal-Kunsill Studenti Universitarji - fosthom dik li partijiet importanti ta’ l-Universita’ jkunu accessibbli ghal kulhadd - u ghaqdiet ohra ta’ l-istudenti mexjin fuq it-triq it-tajba. Nawgura dejjem li tikber u tissahhah il-partecipazzjoni min-naha tal-korp studentesk. Universita’ hija post ta’ studju u ricerka imma partecipazzjoni f’attivitajiet extra-kurrikulari hija indispensabbli wkoll.

Bosta jistghu jkunu n-nuqqasijiet tas-sistema edukattiva f’Malta. Bosta d-diffikultajiet. L-Universita’ hija parti integrali minn din is-sistema. L-Universita’ f’hafna modi tirriffletti s-socjeta’ Maltija; hija prodott tas-socjeta’ waqt li, fl-istess hin, in-natura partikolari ta’ din l-istituzzjoni tinfluwenza bidliet fis-socjeta’. Nahseb li l-istudenti jhossu l-bzonn u juru x-xewqa li jittejbu xi aspetti tal-hajja universitarja; hu wkoll fl-interess ta’ l-awtoritajiet ta’ l-universita’ kif ukoll tal-politici li jmexxu l-pajjiz, fl-interess ta’ min ihaddem, fl-interess tas-socjeta’ kollha li jinstabu soluzzjonijiet ghall-problemi taghkom l-istudenti; fl-interess ta’ kulhadd li jigu implimentati soluzzjonijiet li jistghu jaghtu dejjem frott ahjar.

Din is-simbjozi ta’ interessi bejn l-istudenti, il-lecturers, il-politici, id-dinja tax-xoghol u s-socjeta’ in generali hija fondamentali ghall-futur ta’ Malta - futur li jiddependi wkoll fuq il-kontribut validu li se jkompli johrog u jinaghta mill-Universita’.

Biex tkompli tikber ir-rilevanza ta’ l-Universita’ fis-socjeta’, huwa necessarju li l-istudenti jkunu vicin is-socjeta’, vicin kemm ghall-bzonnijiet tal-haddiem intellettwali kif ukoll ta’ dak manwali, vicin ir-realtajiet u l-bzonnijiet tac-cittadini; importanti li jippartecipaw attivament u jikkontribwixxu fid-dibattiti fi hdan il-komunita’. Huwa agganc - rabta - indispensabbli li ghandu jkun ikun hemm bejn l-Universita’ u s-socjeta’.

Hija partecipazzjoni hajja li s-socjeta’ tehtieg mill-istudenti. Ghalhekk, xi drabi, wiehed difficli jaccetta jew jifhem kif dibattitu organizzat fuq il-campus dwar suggett li se jkollu impatt fuq il-gejjieni ta’ Malta, il-gejjieni taghkom l-istudenti, bejn l-oghla kelliema responsabbli ghall-politika barranija tal-partiti politici Maltin, jinteressa biss lil ftit ghexieren ta’ studenti minn popolazzjoni ta’ eluf.

Il-pajjiz qed jaghmel investiment sostanzjanzjali fikom. Is-sistema ta’ stipendji li hawn fl-Universita’ qeghda mmirata biex zghazagh li gejjin minn kull sfond socjali jkunu jistghu jkomplu bl-istudji taghhom. Ma jfissirx li ma jibqax sagrificcji kbar li jridu jsiru. Imma nahseb li qed tinghata izjed opportunita’ biex tikber u tithaddan meritokrazija ta’ talent u ta’ intellett.

Is-sagrificcju ta’ studju li taghmlu tul il-korsijiet fl-Universita’ jrawmu fikom etika. Hija etika ta’ sforz u ta’ sagrificcju; hija sfida ghall-kapacita’, il-limiti u l-potenzjal taghkom. Dawn l-isforzi jrawmu fikom etika ta’ xoghol. Importanti li din l-etika ggorruha maghkom meta tghaddu ghad-dinja tax-xoghol.

Wiehed mill-aspetti li jitqajmu b’frekwenza hija r-relazzjoni ta’ l-Universita’ mad-dinja tax-xoghol. Kien hawn inizjattivi ta’ partnership f’dan ir-rigward. Nahseb li ghadu ma ntlahaqx il-livell mixtieq ta’ kooperazzjoni li permezz ta’ ricerka u progetti ohra jibbenifika kemm lill-Universita’ kif ukoll lil entitajiet ohra. Jiena nemmen li meta jitqajjem dan is-suggett, ma jistax jigi dibattut biss f’termini ta’ utilitarjeta’, imma huwa importanti li l-istudenti prospettivi jharsu sewwa lejn il-htigijiet u l-opportunitajiet li jezistu. Is-suggetti kollha importanti u kollha huma necessarji. Imma huwa necessarju wkoll li nirragunaw b’saqajna ma’ l-art.

Issa li ghalaq centenarju ta’ hidma, il-Kunsill Studenti Universitarji tajjeb li ghazel bhala tema tal-laqgha annwali generali ta’ din is-sena dik li Inharsu lejn il-passat biex intejbu l-futur. Il-korp studentest flimkien mal-KSU ghaddew minn perjodi difficili tul l-ahhar centenarju.

X’kien dan il-passat? Kif ghext jien bhala student hamsin sena llum? Kienet Universita’ zghira ta’ ftit mijiet. Pero’ konna nghixu l-hajja universitarja fil-milja kollha taghha. Konna nkantaw l-innijiet goljardici li sebbhu lill-Universitajiet ta’ Bologna u ta’ Sorbonne fil-medju evu: ‘Gaudeamus igitur, juvenes dum sumus.’

Pero’ t-tgawdija li konna nharsu ma kienitx biss wahda materjali. Kienet wahda spiritwali - spiritwali fis-sens ta’ taghlim, spiritwali fis-sens ta’ esperjenzi godda fil-hajja, fil-gmiel u fil-letteratura, fil-filosofija, fil-ligi, fix-xjenzi, fil-kultura; pero’ fuq kollox fil-holm, il-holm ta’ Malta ahjar, il-holm ta’ Malta ma tibqax kolonja, il-holma ta’ Malta Indipendenti, il-holma li naghtu sehemna fil-politika f’pajjizna, il-holma tal-gustizzja socjali mnebbha mit-taghlim tal-papiet. Dan il-holm kien rinfaccjat mir-realtajiet kiefra tal-hajja, b’vapuri ta’ emigranti li jhallu x-xtut ta’ pajjizna u l-biki ta’ min ihallu warajhom. Pero’ kien hawn sens kbir ta’ kuragg li lil dan il-poplu qatt ma naqsu - il-volonta’ li nghixu l-identita’ taghna ta’ Maltin.

Ghalija kull fil-ghaxija kont nara xi tfisser Universita’ f’hajti, kif fit-temm tal-jum kont ninduna kemm tghallimt affarijiet li ma kontx naf fis-sbieh tieghu. Ghalija l-lectures fl-Universita’, l-inkontri ma’ xi whud mill-ghalliema kien rebh kuljum tat-taghlim u l-esperjenza. U l-partecipazzjoni fil-hajja universitarja, fl-Ghaqda tal-Malti (Universita') li taht it-tmexxija tal-Professur Aquilina kienet timlina bil-konoxxenza shiha tal-lingwa Maltija, bis-Societa’ Universitaria di Letteratura Italiana flimkien mal-Virgil u l-Classical Society tghaqqadna mal-kultura Latina ta’ artna. Il-konoxxenza tal-letteratura Ingliza li kienet issahharna wara Keats u Shelley fl-isfond tal-kultura ta’ Shakespeare.

U ghalija mbaghad fil-kors tal-ligi, fil-kriminal, fic-civil, fil-kostituzzjonal, fl-amministrattiv, il-gmiel li tghix il-hajja fejn figuri storici bhal Sir Arturo Mercieca li fl-1901 kien ghamel l-Ewwel Comitato Permanente Universitario: kont nafu, kont kellimtu. Il-fatt li l-ahhar President tas-CPU u l-ewwel wiehed ta’ l-SRC kien Gorg Borg Olivier, missier Malta Indipendenti, li mieghu ghal tant snin hdimt tant fil-qrib. U l-Perit Dom Mintoff li gibtu fil-Kungress ta’ l-iStudenti fl-Universita’ biex jitkellem fuq l-istudent u l-haddiem.

Il-fatt li bqajt dejjem qrib l-Universita’, kemm bhala student u mill-1967 bhala ghalliem; u rajt u qed inkompli nara generazzjonijiet ta’ studenti li fihom infushom huma hajja, energija u tishih ta’ artna. F’dan is-sens, jien qieghed nghix il-bierah, illum u ghada. Dan nifhem jien kif inharsu lejn il-passat biex intejbu l-futur, fejn ir-rabta taghna mal-bierah ma tfissirx ktajjen ta’ konservatizmu izda volonta’ propulsiva biex fuq id-diffikultajiet ta’ l-imghoddi naghrfu nibnu kultura ahjar ghal artna.

Ghalhekk huwa importanti li taghrfu titghallmu mill-passat ghall-beneficcju taghkom u ta’ l-istudenti li se jigu warajkom. X’inhu essenzjalment xogholkom? Nahseb hu dak li tmexxu ’l quddiem l-interessi ta’ l-istudenti, li tishqu biex jitwettaq il-potenzjal kbir f’kull dixxiplina akkademika.

Differenti minn ta’ zmieni l-isfidi li ghandkom quddiemkom illum, imma forsi mhux inqas difficili. Li tiffaccjaw dawn l-isfidi jirrikjedi attenzjoni u impenn kostanti. Nirringrazzjakom ta’ din l-opportunita’ li naqsam maghkom ftit hsibijiet f’din il-laqgha taghkom. Hija wkoll okkazjoni li tqajjimli hafna memorji sbih ta’ meta kont student, ta’ meta kelli l-karigi li qed tokkupaw illum.

Jiena zgur li l-esperjenzi taghkom fl-Universita’ u fi hdan il-Kunsill Studenti Universitarji jiswewkom ta’ gid ghall-gejjieni taghkom u ta’ pajjizna. Nawguralkom minn qalbi hidma ta’ success. Nawguralkom li tkomplu tahdmu ghall-beneficcju ta’ l-istudenti u ta’ l-Universita’.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow